This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0051
Case C-51/17: Judgment of the Court (Second Chamber) of 20 September 2018 (request for a preliminary ruling from the Fővárosi Ítélőtábla — Hungary) — OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt v Teréz Ilyés, Emil Kiss (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Unfair terms — Directive 93/13/EEC — Scope — Article 1(2) — Mandatory statutory or regulatory provisions — Article 3(1) — Concept of ‘contractual term which has not been individually negotiated’ — Term incorporated in the contract after its conclusion following the intervention of the national legislature — Article 4(2) — Plain and intelligible drafting of a term — Article 6(1) — Examination by the national court of its own motion as to whether a term is unfair — Loan contract denominated in a foreign currency concluded between a seller or supplier and a consumer)
Kawża C-51/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Ítélőtábla – l-Ungerija) – OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt vs Teréz Ilyés, Emil Kiss (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti — Direttiva 93/13/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(2) — Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari obbligatorji — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ “klawżola kuntrattwali li ma kinitx innegozjata individwalment” — Klawżola inkluża fil-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu b’riżultat ta’ intervent mil-leġiżlatur nazzjonali — Artikolu 4(2) — Formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola — Artikolu 6(1) — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tan-natura inġusta ta’ klawżola — Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur)
Kawża C-51/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Ítélőtábla – l-Ungerija) – OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt vs Teréz Ilyés, Emil Kiss (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti — Direttiva 93/13/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(2) — Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari obbligatorji — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ “klawżola kuntrattwali li ma kinitx innegozjata individwalment” — Klawżola inkluża fil-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu b’riżultat ta’ intervent mil-leġiżlatur nazzjonali — Artikolu 4(2) — Formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola — Artikolu 6(1) — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tan-natura inġusta ta’ klawżola — Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur)
ĠU C 408, 12.11.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Ítélőtábla – l-Ungerija) – OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt vs Teréz Ilyés, Emil Kiss
(Kawża C-51/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(2) - Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari obbligatorji - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “klawżola kuntrattwali li ma kinitx innegozjata individwalment” - Klawżola inkluża fil-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu b’riżultat ta’ intervent mil-leġiżlatur nazzjonali - Artikolu 4(2) - Formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola - Artikolu 6(1) - Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur))
(2018/C 408/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Ítélőtábla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt
Konvenuti: Teréz Ilyés, Emil Kiss
Dispożittiv
1) |
Il-kunċett ta’ “klawżola li ma kinitx innegozjata individwalment”, li jinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri b’mod partikolari klawżola kuntrattwali emendata permezz ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali obbligatorja, adottata wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ma’ konsumatur, bil-għan li tieħu post klawżola vvizzjata b’nullità li tinsab fl-imsemmi kuntratt. |
2) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva ma jkoprix klawżoli li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali obbligatorji, introdotti wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur u intiżi li jieħdu post klawżola ta’ dan il-kuntratt ivvizzjata b’nullità, filwaqt li jimponu rata tal-kambju ffissata mill-bank nazzjonali. Madankollu, klawżola dwar ir-riskju tal-kambju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hijiex eskluża mill-imsemmi kamp ta’ applikazzjoni bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni. |
3) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li klawżola kuntrattwali għandha tkun ifformulata b’mod ċar u li jinftiehem jobbliga lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu lill-persuni li jissellfu informazzjoni suffiċjenti sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bi prudenza u b’għarfien sħiħ tal-kawża. F’dan ir-rigward, dan ir-rekwiżit jimplika li klawżola dwar ir-riskju tal-kambju għandha tinftiehem mill-konsumatur kemm mill-aspetti formali u grammatikali u kemm fir-rigward tal-portata konkreta tagħha, fis-sens li konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u prudenti, ikun jista’ mhux biss ikollu konoxxenza tal-possibbiltà li l-munita nazzjonali tiddgħajjef fil-konfront tal-munita bbaranija li fiha jkun iddenominat is-self, iżda jkun jista’ jevalwa wkoll il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżola fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu. |
4) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li n-natura ċara u li tinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali għandha tiġi evalwata b’riferiment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, għaċ-ċirkustanzi kollha ta’ din il-konklużjoni, kif ukoll għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt, minkejja l-fatt li wħud minn dawn il-klawżoli jkunu ġew iddikjarati jew preżunti inġusti u, għalhekk, annullati, f’mument ulterjuri, mil-leġiżlatur nazzjonali. |
5) |
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha tqajjem ex officio, minflok il-konsumatur fil-kwalità tiegħu ta’ rikorrent, in-natura eventwalment inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, meta jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa sabiex tagħmel dan. |