EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0483

Kawża C-483/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7(1) — Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

ĠU C 259, 23.7.2018, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201807060381994052018/C 259/074832016CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL201805316721

Kawża C-483/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7(1) — Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

Top

C2592018MT610120180531MT00076172

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Zsolt Sziber vs ERSTE Bank Hungary Zrt

(Kawża C-483/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7(1) — Kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi sabiex tiġi kkontestata n-natura inġusta — Prinċipju ta’ ekwivalenza — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)”

2018/C 259/07Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zsolt Sziber

Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt

fil-preżenza ta’: Mónika Szeder

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala prinċipju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi rekwiżiti proċedurali speċifiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ rikorsi ppreżentati minn konsumaturi li jkunu kkonkludew kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija li jkun fihom klawżola li tistipula differenza bejn ir-rata tal-kambju applikabbli għar-rilaxx tas-self u dik applikabbli għar-rimbors tiegħu u/jew klawżola li tistipula possibbiltà ta’ emenda unilaterali li tippermetti lil min isellef iżid l-interessi, it-tariffi u l-ispejjeż, bil-kundizzjoni li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli inklużi f’tali kuntratt tippermetti l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni legali u fattwali li kien ikun fiha l-konsumatur fl-assenza ta’ dawn il-klawżoli abbużivi.

2)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet li ma jkunux jinvolvu element transkonfinali.


( 1 ) ĠU C 419, 14.11.2016.

Top