Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0291

    Kawża C-291/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n° 8 de Barcelona – Spanja) – Schweppes SA vs Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 7(1) — Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark — Trade marks paralleli — Ċessjoni ta’ trade marks għal parti mit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Strateġija kummerċjali li ssaħħaħ b’mod intenzjonat l-immaġini ta’ trade mark globali u unika wara ċ-ċessjoni — Proprjetarji indipendenti iżda li għandhom relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mill-qrib)

    ĠU C 72, 26.2.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona – Spanja) – Schweppes SA vs Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL

    (Kawża C-291/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 7(1) - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Trade marks paralleli - Ċessjoni ta’ trade marks għal parti mit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Strateġija kummerċjali li ssaħħaħ b’mod intenzjonat l-immaġini ta’ trade mark globali u unika wara ċ-ċessjoni - Proprjetarji indipendenti iżda li għandhom relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mill-qrib))

    (2018/C 072/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Schweppes SA

    Konvenuti: Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL

    fil-preżenza ta’: Orangina Schweppes Holding BV, Schweppes International Ltd, Exclusivas Ramírez SL,

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri fid-dawl tal-Artikolu 36 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali jopponi għall-importazzjoni ta’ prodotti identiċi mogħnija bl-istess trade mark provenjenti minn Stat Membru ieħor, li fih din it-trade mark, li inizjalment kienet il-proprjetà tal-istess proprjetarju, hija issa miżmuma minn terz li kiseb id-drittijiet fir-rigward tagħha permezz ta’ ċessjoni, meta, wara din iċ-ċessjoni:

    il-proprjetarju, waħdu jew billi jikkoordina l-istrateġija tiegħu ta’ trade mark ma’ dan it-terz, kompla jsaħħaħ b’mod attiv u intenzjonat l-apparenza jew l-immaġini ta’ trade mark unika u globali, u b’hekk joħloq jew isaħħaħ konfużjoni f’għajnejn il-pubbliku kkonċernat fir-rigward tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti mogħnija b’din it-trade mark,

    jew

    jeżistu rabtiet ekonomiċi bejn il-proprjetarju u dan it-terz, fis-sens li huma jikkoordinaw il-politika kummerċjali tagħhom jew jaqblu bejniethom sabiex jikkontrollaw flimkien l-użu tat-trade mark, b’tali mod li huma għandhom il-possibbiltà jiddeterminaw direttament jew indirettament il-prodotti li fuqhom din it-trade mark hija mqiegħda jew jikkontrollaw il-kwalità tagħhom.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


    Top