This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0110
Case T-110/15: Action brought on 2 March 2015 — International Management Group v Commission
Kawża T-110/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni
Kawża T-110/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni
ĠU C 138, 27.4.2015, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/65 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2015 – International Management Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-110/15)
(2015/C 138/84)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: International Management Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Burgstaller, Solicitor, u E. Wright, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni THOR/C4/LL/el/(S)(2015)4287 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tas-6 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta rrifjutat li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba, billi bbażat ruħha fuq preżunzjoni ġenerali ta’ applikabbiltà tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-ispezzjonijiet, tal-investigazzjonijiet u tal-awditi. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li jeżisti interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-dokumenti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tispjega għalfejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwi tipprekludi aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba. |