Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0542

    Kawża C-542/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Angela Manzo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Artikoli 49 u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu provduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Restrizzjonijiet — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità — Kuntratti pubbliċi — Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja — Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47 — Applikabbiltà)

    ĠU C 454, 5.12.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 454/12


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Angela Manzo

    (Kawża C-542/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu provduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni tal-offerent minħabba nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu, maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47 - Applikabbiltà))

    (2016/C 454/23)

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Angela Manzo

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    2)

    Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonli li tirregola l-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.


    (1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


    Top