Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0664

    Kawża T-664/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2014 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/24


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-664/14)

    2014/C 380/31

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn J. Meyers, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 1021 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar l-iskema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji fil-Każ SA.33927

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni timponi fuq il-Belġju, minbarra l-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna mingħand soċjetajiet kooperattivi benefiċjarji, il-projbizzjoni li jsir kwalunkwe ħlas lill-persuni fiżiċi protetti mill-garanzija.


    Top