Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0398

    Kawża C-398/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/3


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-398/14)

    2014/C 380/03

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u E. Manhaeve, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li, billi ma żguratx livell adegwat ta’ trattament tal-ilma urban mormi tat-52 agglomerazzjoni elenkati li fir-rigward tagħhom tirriżulta s-sitwazzjoni ta’ ksur, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi li, fir-rigward tagħha, jirriżultaw mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE (1), dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE jistabbilixxi b’mod partikolari li, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005, l-iskariki ta’ ilma urban mormi f’ilma ħelu u estwarji minn agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ta’ bejn 2  000 u 10  000, għandu jkun suġġett, qabel ma jkun skarikat, għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti.

    Il-Kummissjoni tqis li fil-Portugall hemm problema sistematika, peress li l-Istat Portugiż, la fuq livell nazzjonali, u lanqas fuq livell reġjonali, ma adottax miżuri ta’ ppjanar bil-għan li jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet meħtieġa mid-Direttiva 91/271/KEE.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament ta l-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).


    Top