Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0592

Kawża C-592/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – European Federation for Cosmetic Ingredients vs Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prodotti kożmetiċi — Regolament (KE) Nru 1223/2009 — Artikolu 18(1)(b) — Prodotti kożmetiċi li jkun fihom ingredjenti jew għaqdiet ta’ ingredjenti li, “sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament” kienu s-suġġett ta’ testijiet fuq l-annimali — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea — Portata)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – European Federation for Cosmetic Ingredients vs Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Attorney General

(Kawża C-592/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Artikolu 18(1)(b) - Prodotti kożmetiċi li jkun fihom ingredjenti jew għaqdiet ta’ ingredjenti li, “sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament” kienu s-suġġett ta’ testijiet fuq l-annimali - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea - Portata))

(2016/C 419/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: European Federation for Cosmetic Ingredients

Konvenuta: Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Attorney General

Fil-preżenza ta’: Cruelty Free International, li qabel kienet British Union for the Abolition of Vivisection, European Coalition to End Animal Experiments

Dispożittiv

L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea ta’ prodotti kożmetiċi li ċerti ingredjenti tagħhom kienu s-suġġett ta’ ttestjar fuq l-annimali barra mill-Unjoni Ewropea, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti kożmetiċi f’pajjiżi terzi, jekk id-data li tirriżulta minn dan l-ittestjar tintuża sabiex tiġi pprovata s-sigurtà tal-imsemmija prodotti għall-finijiet tat-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 81, 09,03,2015.


Top