EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0096

Kawża C-96/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nîmes – Franza) – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurances SA Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Kuntratti ta’ assigurazzjoni — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt — Klawżola li tirrigwarda t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali ta’ kuntratt ta’ self immobiljari — Inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef — Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija fil-każ ta’ kompetenza rrikonoxxuta li tiġi jew ma tiġix eżerċitata attività bi ħlas

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nîmes – Franza) – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurances SA

(Kawża C-96/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kuntratti ta’ assigurazzjoni - Artikolu 4(2) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Esklużjoni tal-klawżoli dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Klawżola li tirrigwarda t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali ta’ kuntratt ta’ self immobiljari - Inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef - Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija fil-każ ta’ kompetenza rrikonoxxuta li tiġi jew ma tiġix eżerċitata attività bi ħlas)

(2015/C 205/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nîmes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Claude Van Hove

Konvenuta: CNP Assurances SA

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola stipulata f’kuntratt ta’ assigurazzjoni u intiża li tiggarantixxi t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali dovuti lill-persuna li ssellef f’każ ta’ inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef taqa’ taħt l-eċċezzjoni li tissemma f’din id-dispożizzjoni biss jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata:

minn naħa, li, fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tat-totalità kuntrattwali kif ukoll tal-kuntest ġuridiku u fattwali tagħha, din il-klawżola tiffissa element essenzjali tal-imsemmija totalità, li fiha hija inkluża, li bħala tali, jikkaraterizzaha u

min-naħa l-oħra, li l-imsemmija klawżola hija fformulata b’mod ċar u li jinftiehem, jiġifieri li hija tkun tinftiehem fuq il-livell grammatikali, iżda wkoll li l-kuntratt juri b’mod trasparenti il-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu li tagħmel riferiment għalih il-klawżola kkonċernata kif ukoll ir-relazzjoni bejn dan il-mekkaniżmu u dak previst mill-klawżoli l-oħra, b’tali mod li dan il-konsumatur ikun f’qagħda li jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


Top