Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0016

Kawża C-16/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Beroep te Gent – Il-Belġju) – Property Development Company NV vs l-Istat Belġjan (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 11A — Użu ta’ oġġett meqjus bħala kunsinna magħmula bi ħlas — Użu ta’ proprjetà immobbli għal attività eżentata mill-VAT — Valur taxxabbli għal dan l-użu — Interessi fuq kapital misluf imħallsa fiż-żmien tal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli)

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Beroep te Gent – Il-Belġju) – Property Development Company NV vs l-Istat Belġjan

(Kawża C-16/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 11A - Użu ta’ oġġett meqjus bħala kunsinna magħmula bi ħlas - Użu ta’ proprjetà immobbli għal attività eżentata mill-VAT - Valur taxxabbli għal dan l-użu - Interessi fuq kapital misluf imħallsa fiż-żmien tal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli))

(2015/C 205/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Property Development Company NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Dispożittiv

L-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-valur taxxabbli għall-kalkolu tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq applikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(b) ta’ din id-direttiva, ta’ proprjetà immobbli li l-persuna taxxabbli ordnat sabiex tinbena, huwa kkostitwit mill-prezz tax-xiri, fil-mument ta’ din l-applikazzjoni, tal-proprjetajiet immobbli li s-sitwazzjoni, id-dimensjoni u l-karatteristiċi l-oħra essenzjali tagħhom ikunu simili għal dawk tal-proprjetà immobbli inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-kwistjoni ta’ jekk parti minn dan il-prezz tax-xiri toriġinax mill-ħlas tal-interessi fuq kapital misluf hija irrilevanti.


(1)  ĠU C 102, 7.04.2014.


Top