EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0185

Kawża T-185/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Continental Wind Partners vs UASI Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva CONTINENTAL WIND PARTNERS — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Continental — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru °207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni” ]

ĠU C 380, 27.10.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Continental Wind Partners vs UASI Continental Reifen Deutschland (CONTINENTAL WIND PARTNERS)

(Kawża T-185/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva CONTINENTAL WIND PARTNERS - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Continental - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”])

2014/C 380/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Continental Wind Partners LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hanovre, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2204/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Continental Reifen Deutschland GmbH u Continental Wind Partners LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Continental Wind Partners LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


Top