Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0635

    Kawża C-635/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București – ir-Rumanija) – SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 1207 — Żrieragħ żejtnin — Intestatura 1209 — Żrieragħ intiżi għaż-żriegħ — Intestatura 1212 — Żrieragħ użati prinċipalment għall-konsum mill-bniedem, mhux imsemmija jew inklużi band’oħra — Importazzjoni ta’ żrieragħ tal-qargħa ħamra mhux ipproċessati u fil-qoxra tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina)

    ĠU C 205, 22.6.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București – ir-Rumanija) – SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

    (Kawża C-635/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 1207 - Żrieragħ żejtnin - Intestatura 1209 - Żrieragħ intiżi għaż-żriegħ - Intestatura 1212 - Żrieragħ użati prinċipalment għall-konsum mill-bniedem, mhux imsemmija jew inklużi band’oħra - Importazzjoni ta’ żrieragħ tal-qargħa ħamra mhux ipproċessati u fil-qoxra tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina))

    (2015/C 205/09)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul București

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC ALKA CO SRL

    Konvenuti: Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

    Dispożittiv

    Sabiex twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja taż-żrieragħ tal-qargħa ħamra inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk dawn jintużawx normalment għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, mingħajr ma jaqgħu taħt l-intestaturi 1201 sa 1206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007. Jekk dan huwa l-każ, dawn iż-żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1207 tan-Nomenklatura Magħquda minħabba n-natura tagħhom ta’ żrieragħ żejtnin, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem. Fil-każ kuntrarju, l-imsemmija żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1209 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma kien għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta fil-mument tal-importazzjoni tagħhom, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem, jew taħt l-intestatura 1212 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma ma kienx għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta.


    (1)  ĠU C 39, 08.02.2014.


    Top