Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0512

    Kawża C-512/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.G. Sopora vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema mhux residenti — Vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa ta’ allowances mogħtija mill-persuna li timpjega — Vantaġġ mogħti b’rata fissa — Ħaddiema minn Stat Membru differenti minn dak tal-post tax-xogħol — Kundizzjoni ta’ residenza marbuta mad-distanza mill-fruntiera tal-Istat Membru tal-post tax-xogħol)

    ĠU C 138, 27.4.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-24 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.G. Sopora vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-512/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema mhux residenti - Vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa ta’ allowances mogħtija mill-persuna li timpjega - Vantaġġ mogħti b’rata fissa - Ħaddiema minn Stat Membru differenti minn dak tal-post tax-xogħol - Kundizzjoni ta’ residenza marbuta mad-distanza mill-fruntiera tal-Istat Membru tal-post tax-xogħol))

    (2015/C 138/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: C.G. Sopora

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jipprovdi, favur ħaddiema li kienu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor qabel ma bdew impjieg fit-territorju tiegħu, l-għoti ta’ vantaġġ fiskali li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa b’rata fissa ta’ allowance għal spejjeż extraterritorjali sa 30 % tal-bażi taxxabbli, bil-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema jkunu rrisjedew f’distanza ta’ iktar minn 150 kilometru mill-fruntiera tiegħu, sakemm dawn il-limiti ma kinux ġew stabbiliti b’tali mod li din l-eżenzjoni sistematikament tagħti lok għal kumpens żejjed fir-rigward tal-ispejjeż extraterritorjali effettivament sostnuti, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


    Top