Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0536

    Kawża T-536/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Aroa Bodegas vs UASI – Bodegas Muga (aroa) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva aroa — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Aro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni” )

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/8


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Aroa Bodegas vs UASI – Bodegas Muga (aroa)

    (Kawża T-536/12) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva aroa - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Aro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”))

    2014/C 380/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Aroa Bodegas, SL (Zurukoain, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Muga, SL (Haro, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1845/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Muga, SL u Aroa Bodegas, SL.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Aroa Bodegas, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

    3)

    Bodegas Muga, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 38, 09.02.2013.


    Top