Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0425

    Kawża T-425/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Settembru 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Każinojiet Griegi — Skema li tipprovdi għal piż ta’ 80 % fuq biljetti tal-ammissjoni ta’ ammonti differenti — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ” )

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/5


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-425/11) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Każinojiet Griegi - Skema li tipprovdi għal piż ta’ 80 % fuq biljetti tal-ammissjoni ta’ ammonti differenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ”))

    2014/C 380/06

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. van Vliet u M. Konstantinidis, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) (ĠU L 285, p. 25).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.


    (1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


    Top