This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0596
Case T-596/10: Action brought on 28 December 2010 — Almunia Textil v OHIM — FIBA Europe (EuroBasket)
Kawża T-596/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)
Kawża T-596/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)
ĠU C 80, 12.3.2011, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/20 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)
(Kawża T-596/10)
2011/C 80/39
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Almunia Textil SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J. E. Astiz Suárez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FIBA Europe eV (München, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 280/2010-1. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: FIBA Europe eV.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EuroBasket” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 26, 28, 35, 38 u 41.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Basket”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għall-prodotti fil-klassijiet 9, 25, 28 u 41 miċħuda parzjalment.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).