Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0488

    Kawża T-488/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Diċembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni ( “FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique — Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 93/37/KEE — Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ — Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità” )

    ĠU C 32, 4.2.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-488/10) (1)

    (FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/37/KEE - Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ - Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    2012/C 32/49

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


    Top