Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0275

    Kawża C-275/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam (Artikolu 88(3) KE — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef — Ksur tar-regoli ta’ proċedura — Obbligu ta’ rkupru — Nullità — Setgħat tal-qorti nazzjonali)

    ĠU C 32, 4.2.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam

    (Kawża C-275/10) (1)

    (Artikolu 88(3) KE - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef - Ksur tar-regoli ta’ proċedura - Obbligu ta’ rkupru - Nullità - Setgħat tal-qorti nazzjonali)

    2012/C 32/13

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Residex Capital IV CV

    Konvenuta: Gemeente Rotterdam

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Għajnuna mill-Istat — Interpretazzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE — Għajnuna mogħtija bħala garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef — Ksur tar-regoli tal-proċedura — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

    Dispożittiv

    L-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qrati nazzjonali huma ġurisdizzjoni sabiex jannullaw garanzija f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, li fiha għajnuna illegali ġiet eżegwita permezz ta’ garanzija mogħtija minn awtorità pubblika sabiex tkopri self mogħti minn kumpannija finanzjarja għall-benefiċċju ta’ impriża li ma setgħetx tikseb tali finanzjament taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, l-imsemmija qrati għandhom jiżguraw l-irkupru tal-għajnuna u, għal dan il-għan, huma jistgħu jannullaw il-garanzija b’mod partikolari meta, fin-nuqqas ta’ miżuri proċedurali inqas vinkolanti, dan l-annullament ikun tali li jagħti lok jew jiffaċilita li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva li tippreċedi l-għoti ta’ din il-garanzija.


    (1)  ĠU C 246, 11.9.2010.


    Top