EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0241

Kawża C-241/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fit- 3 ta’ Lulju 2009 — Fluxys SA vs Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Fluxys SA vs Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

(Kawża C-241/09)

2009/C 205/48

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fluxys SA

Konvenuta: Commission de régulation de l’électricité et du gaz (Creg)

Domandi preliminari

L-Artikoli 1, 2 u 18 tad-Direttiva 2003/55/KE (1) u l-Artikolu 3 tar-Regolament 1775/2005/KE (2) jipprekludu lil-liġijiet nazzjonali milli jistabbilixxu sistema ta’ tariffi speċifika għall-attività ta’ tranżitu, li tidderoga mir-regoli li jirregolaw l-attività tat-trasport, filwaqt li joħolqu fi ħdan l-attività tat-trasport, distinzjoni bejn “trasport” u “tranżitu”?


(1)  Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU L 176, p.57)

(2)  Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Settembru 2005, dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 289, p.1)


Top