This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0235
Case C-235/09: Reference for a preliminary ruling from the Cour de cassation (France) lodged on 29 June 2009 — DHL Express France SAS v Chronopost SA
Kawża C-235/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid- 29 ta’ Ġunju 2009 — DHL Express France SAS vs Chronopost SA
Kawża C-235/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid- 29 ta’ Ġunju 2009 — DHL Express France SAS vs Chronopost SA
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — DHL Express France SAS vs Chronopost SA
(Kawża C-235/09)
2009/C 205/46
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DHL Express France SAS
Konvenuta: Chronopost SA
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni ddikjarata minn qorti tat-trade marks Komunitarji għandha effett awtomatiku fit-territorju kollu tal-Komunità? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva, il-qorti għandha d-dritt li testendi din il-projbizzjoni speċifikament fit-territorju ta’ Stati oħra li fihom il-vjolazzjonijiet huma mwettqa, jew li hemm il-periklu li jitwettqu? |
3) |
F’wieħed minn dawn il-każijiet, il-miżuri b’saħħa koerċitiva li l-qorti, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha, ikkwalifikat bil-projbizzjoni li hija tiddeċiedi japplikaw fit-territorju tal-Istati Membri li fihom din il-projbizzjoni tipproduċi l-effett tagħha? |
4) |
Fil-każ kuntrarju, il-qorti tista’ tiddeċiedi miżura b’saħħa koerċitiva tali, simili jew differenti minn dik li hija tadotta skont id-dritt nazzjonali tagħha, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istati li fihom din il-projbizzjoni għandha effett? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).