This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0172
Case C-172/09: Action brought on 13 May 2009 — Commission of the European Communities v Republic of Poland
Kawża C-172/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
Kawża C-172/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
ĠU C 167, 18.7.2009, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/5 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-172/09)
2009/C 167/09
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Gawlik)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1), jew, f’kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu sabiex id-Direttiva 2005/60/KE tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali skada fil-15 ta’ Diċembru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali jew, f’kull każ, kienet għadha ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 309, p. 15