EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0588

Kawża T-588/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Marzu 2013 — Dole Food u Dole Germany vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-banana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv — Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi — Gravità tal-ksur” )

ĠU C 123, 27.4.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2013 — Dole Food u Dole Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-banana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv - Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi - Gravità tal-ksur)

2013/C 123/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dole Food Company, Inc. (Washington, l-Istati Uniti) u Dole Germany OHG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u M. Kellerbauer, sussegwentement M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5955, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.188 — Banana).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dole Food Company, Inc. u Dole Germany OHG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


Top