This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0490
Case C-490/08: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 30 June 2009 — Commission of the European Communities v Kingdom of Belgium. (Failure of Member State to fulfil its obligations — Directive 2005/68/EC — Reinsurance — Failure to adopt within the prescribed period)
Kawża C-490/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/68/KE — Riassigurazzjoni — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstt)
Kawża C-490/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/68/KE — Riassigurazzjoni — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstt)
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-490/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/68/KE - Riassigurazzjoni - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstt)
2009/C 205/20
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, p. 1)
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligu tiegħu skont din id-direttiva. |
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |