Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0111

Kawża C-111/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isveżja) — SCT Industri AB i likvidation vs Alpenblume AB (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Kamp ta’ applikazzjoni — Fallimenti)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Högsta domstolen — L-Isveżja) — SCT Industri AB i likvidation vs Alpenblume AB

(Kawża C-111/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Kamp ta’ applikazzjoni - Fallimenti)

2009/C 205/12

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCT Industri AB i likvidation

Konvenuta: Alpenblume AB

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1) — Sentenza ta’ Stat Membru A, li ddeċidiet l-inkompetenza ta’ kuratur ta’ procedimenti kollettivi li saru fl-Istat Membru B, sabiex jiġu ċeduti l-assi li kienu jinsabu fl-Istat Membru A — Azzjoni rivendikatorja magħmula mill-kumpannija ċessjonarja sabiex tirkupra l-ishma ta’ kumpannija li hija kienet akkwistat fil-kuntest tal-proċedimenti kollettivi, iżda li kienu ttieħdu lura mill-kumpannija ċedenti skont is-sentenza li annullat iċ-ċessjoni

Dispożittiv

L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru A dwar ir-reġistrazzjoni ta’ proprjetà ta’ ishma f’kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru A, li biha ċ-ċessjoni tal-imsemmija ishma, għandha tiġi kkunsidrata nulla peress li l-qorti tal-Istat Membru A ma tirrikonoxxix is-setgħat ta’ kuratur ta’ Stat Membru B fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ falliment applikati u magħluqa fl-Istat Membru B.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008


Top