Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0032

Kawża C-32/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil n o 1 de Alicante y n o 1 de Marca Comunitaria — Spanja) — Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA) vs Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA (Regolament (KE) Nru 6/2002 — Disinji Komunitarji — Artikoli 14 u 88 — Pussessur tad-dritt għad-disinn Komunitarju — Disinn mhux irreġistrat — Disinn ikkummissjonat)

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Spanja) — Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA) vs Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA

(Kawża C-32/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinji Komunitarji - Artikoli 14 u 88 - Pussessur tad-dritt għad-disinn Komunitarju - Disinn mhux irreġistrat - Disinn ikkummissjonat)

2009/C 205/11

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fundación Española para la Innovación de la Artesanía (FEIA)

Konvenuta: Cul de Sac Espacio Creativo SL, Acierta Product & Position SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 1 de Alicante y no 1 de Marca Comunitaria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) u (3) u tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU 2002 L 3, p. 1) — Pussessur ta’ drittijiet — Dritt li jappartjeni lil min iħaddem jew lid-disinjatur impjegat — Definizzjonijiet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, ma japplikax għad-disinn Komunitarju li ġie kkummissjonat.

2)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għad-disinn Komunitarju għandu jagħti dritt legali lid-disinjatur, sakemm ma jkunx ġie ttrasferit permezz ta’ kuntratt lis-suċċessur tiegħu fit-titolu.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


Top