Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0523

    Kawża C-523/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fit- 23 ta' Novembru 2007 — A

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fit-23 ta' Novembru 2007 — A

    (Kawża C-523/07)

    (2008/C 22/63)

    Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Korkein hallinto-oikeus

    Konvenuta: A

    Domandi preliminari

    1

    (a)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ir-Regolament Brussell IIa) japplika għall-infurzar ta' deċiżjoni bħal dik li ttieħdet fil-kawża preżenti, li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta' minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu għal ma' familja tar-rispett, meta dik id-deċiżjoni tieħu l-forma ta' deċiżjoni unika adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija?

    (b)

    Fin-nuqqas ta' dan, fid-dawl ta' l-Artikolu 1(2)(d) tar-regolament, japplikax biss għal dik il-parti mid-deċiżjoni dwar it-tqegħid barra mill-familja oriġinali għal ma' familja tar-rispett?

    2

    Il-kunċett tar-residenza abitwali fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, bħal fl-Artikolu 13(1), għandu jiġi interpretat fil-liġi Komunitarja, b'mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni li fiha minuri għandu residenza permanenti fi Stat Membru iżda qiegħed joqgħod fi Stat Membru ieħor, fejn qed jgħix ħajja peripatetika?

    3

    (a)

    Jekk huwa kkunsidrat li r-residenza abitwali tal-minuri mhijiex f'dan l-aħħar Stat Membru, madankollu f'liema kundizzjonijiet tista' tittieħed miżura urġenti (bħat-teħid immedjat taħt kura) f'dak l-Istat Membru abbażi ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament?

    (b)

    Miżura protettiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 20(1) tar-regolament hija biss miżura li tista' tittieħed skond il-liġi nazzjonali? u d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar din il-miżura jorbtu meta l-Artikolu jiġi applikat?

    (ċ)

    Wara li tittieħed il-miżura protettiva, il-każ għandu jiġi ttrasferit ex officio lill-qorti kompetenti ta' l-Istat Membru?

    4

    Jekk il-qorti ta' Stat Membru ma għandhiex ġurisdizzjoni, għandha tiċħad ir-rikors bħala inamissibbli jew għandha tittrasferixxi dan lill-qorti ta' l-Istat Membru l-ieħor?


    (1)  ĠU L 338, p. 1.


    Top