EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0473

Kawża C-473/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Kunsill ta' l-Istat) (Franza) fil- 25 ta' Ottubru 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables — Parti intervenjenti: Association France Nature Environnement

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Kunsill ta' l-Istat) (Franza) fil-25 ta' Ottubru 2007 — Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA vs Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables — Parti intervenjenti: Association France Nature Environnement

(Kawża C-473/07)

(2008/C 22/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale pour la protection des eaux et des rivières — TOS, Association OABA.

Konvenut: Ministère de l'écologie, du développement et de l'aménagement durables.

Domandi preliminari

Il-punt 6.6(a) ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996 (1), li japplika għall-installazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta' tjur b'iktar minn 40 000 post, għandu jiġi interpretat fis-sens:

1)

li jinkludi taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu s-summien, il-perniċi u l-ħamiem,

2)

f'każ ta' risposta affermattiva, li jawtorizza mekkaniżmu għall-kalkolu tal-limiti ta' awtorizzazzjoni abbażi ta' sistema ta' “annimali-ekwivalenti” li tagħti weighting lin-numru ta' annimali għal kull post skond l-ispeċji, sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-ammont ta' nitroġenu effettivament prodott mill-ispeċji differenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ta' l-24 ta' Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, p. 26).


Top