This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0207
Case C-207/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 17 July 2008 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain (Failure of a Member State to fulfil obligations — Articles 43 EC and 56 EC — National law making the acquisition of shareholdings in undertakings which carry on regulated activities in the energy sector and of the assets necessary to carry on those activities subject to prior approval)
Kawża C-207/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)
Kawża C-207/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 43 KE u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-207/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem l-akkwist ta' ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija u ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet)
(2008/C 223/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 56 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem ta' kummissjoni speċjali, l-akkwist ta' ċerti ishma f'impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija
Dispożittiv
1) |
Bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' l-Erbatax-il Funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija stabbilita mill-Ħdax-il Dispożizzjoni Addizzjonali, Titolu 3.1 tal-Liġi 34/1998 li tirregola s-settur ta' l-idrokarburi (Ley 34/1998, del sector de hidrocarburos), tas-7 ta' Ottubru 1998, kif emendata bid-Digriet Liġi Rjali 4/2006 (Real Decreto-ley 4/2006), ta' l-24 ta' Frar 2006, sabiex l-akkwist ta' ċerti ishma fl-impriżi li jeżerċitaw ċerti attivitajiet irregolati fis-settur ta' l-enerġija kif ukoll l-akkwist ta' l-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet jiġu ssuġġettati għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 43 KE u 56 KE. |
2) |
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |