EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0068
Case C-68/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 29 November 2007 (reference for a preliminary ruling from the Högsta domstolen — Sweden) — Kerstin Sundelind Lopez v Miguel Enrique Lopez Lizazo (Regulation (EC) No 2201/2003 — Articles 3, 6 and 7 — Jurisdiction — Recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and matters of parental responsibility — Jurisdiction in divorce proceedings — Respondent not a national or a resident of a Member State — National rules providing for exorbitant jurisdiction)
Kawża C-68/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo (Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 3, 6 u 7 — Kompetenza ġurisdizzjonali — Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju — Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz — Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)
Kawża C-68/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo (Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 3, 6 u 7 — Kompetenza ġurisdizzjonali — Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju — Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz — Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)
ĠU C 22, 26.1.2008, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo
(Kawża C-68/07) (1)
(Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 u 7 - Kompetenza ġurisdizzjonali - Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju - Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz - Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)
(2008/C 22/29)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kerstin Sundelind Lopez
Konvenut: Miguel Enrique Lopez Lizazo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, (ĠU L 338, p. 1) — Ġurisdizzjoni fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, mhuwiex domiċiljat fit-territorju ta' Stat Membru u lanqas ċittadin ta' Stat Membru
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, fejn il-konvenut ma jkollux ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u ma jkunx ċittadin ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru ma jistgħux, sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, jibbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq id-dritt nazzjonali jekk qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmi regolament.