EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0373

Kawża T-375/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 10 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Tabakk mhux ipproċessat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/31


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/05) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Tabakk mhux ipproċessat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999”)

2009/C 205/55

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Carraro, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-settur tat-tabakk mhux ipproċessat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.


Top