Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0101

    Kawżi magħquda T-101/05 u T-111/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Diċembru 2007 — BASF u UCB vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini — Kloru tal-kolin (vitamina B4) — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Multi — Effett dissważiv — Reċidività — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Ksur uniku u kontinwat )

    ĠU C 22, 26.1.2008, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 22/41


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 — BASF u UCB vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-101/05 u T-111/05) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji fis-settur tal-prodotti tal-vitamini - Kloru tal-kolin (vitamina B4) - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Multi - Effett dissważiv - Reċidività - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Ksur uniku u kontinwat’)

    (2008/C 22/75)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż u L-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: BASF AG (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, J. Temple-Lang, solicitor, u C. Feddersen, avocat), u UCB SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Bourgeois, J.-F. Bellis u M. Favart, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: fil-kawża T-101/05, A. Whelan u F. Amato, u, fil-kawża T-111/05, l-ewwel O. Beynet u F. Amato, wara X. Lewis u F. Amato, aġenti)

    Suġġett tal-Kawża

    Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE, tad-9 ta' Diċembru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Kloru tal-kolin), (riassunt fil-ĠU 2005, L 190, p. 22).

    Dispożittiv

    1)

    Il-kawża T-112/05, Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni hija sseparata mill-kawżi T-101/05 u T-111/05 għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    L-Artikolu(1)(b) u (f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE, tad-9 ta' Diċembru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Kloru tal-kolin), huwa annullat safejn jikkonstata li BASF AG u UCB SA wettqu ksur, għal perjodu ta' qabel id-29 ta' Novembru 1994 fir-rigward ta' BASF u ta' qabel l-14 ta' Marzu 1994 fir-rigward ta' UCB.

    3)

    Fil-kawża T-101/05, l-ammont tal-multa imposta fuq BASF huwa stabbilit għal EUR 35 024 miljun.

    4)

    Fil-kawża T-111/05, l-ammont tal-multa imposta fuq UCB huwa stabbilit għal EUR 1 870 miljun.

    5)

    Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.

    6)

    Fil-kawża T-101/05 kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    7)

    Fil-kawża T-111/05, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % ta' l-ispejjeż ta' UCB.


    (1)  ĠU C 115, 14.5.2005.


    Top