EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005FA0130

Kawża F-130/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Diċembru 2007 — Soares vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikostituzzjoni tal-karriera — Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut — Ammissibbiltà tar-rikors — Fatt ġdid u sostantiv)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Soares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikostituzzjoni tal-karriera - Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut - Ammissibbiltà tar-rikors - Fatt ġdid u sostantiv)

(2008/C 22/99)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Alberto Soares (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Cooen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tad-19 ta' Settembru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għal reviżjoni favorevoli tal-karriera tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għandu jiġi miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006, p. 57.


Top