This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0540
Consumer Markets Scoreboard #European Parliament resolution of 18 November 2008 on the Consumer Markets Scoreboard (2008/2057(INI))
It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Novembru 2008 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (2008/2057(INI))
It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Novembru 2008 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (2008/2057(INI))
ĠU C 16E, 22.1.2010, pp. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 16/5 |
It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur
P6_TA(2008)0540
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (2008/2057(INI))
(2010/C 16 E/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2008 bl-isem “Il-monitoraġġ tar-riżultati fis-suq waħdieni: il-Kwadru ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2008)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 16a tal-14 ta' Frar 2008 (SEC(2008)0076), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-istrateġija tal-UE għall-politika tal-konsumatur 2007-2013 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem “Suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2007)0724), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem “Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid” (COM(2007)0725), mehmuża mal-Komunikazzjoni dwar suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' metodoloġija ġdida għall-monitoraġġ tas-swieq u s-setturi tal-prodotti: Ir-riżultati tal-ewwel eżami settorjali (SEC(2007)1517), mehmuża mal-Komunikazzjoni dwar suq wieħed għall-Ewropa tas-seklu 21, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0392/2008), |
|
A. |
billi jilqa' l-pubblikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (“it-Tabella”), li għandha l-għan li s-Suq Intern iwieġeb aħjar għall-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini, |
|
B. |
billi s-swieq tal-konsumatur li jkunu kompetittivi u jaħdmu b'mod effikaċi huma kruċjali sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkollhom fiduċja fis-Suq Intern, |
|
C. |
billi jeħtieġ li t-Tabella tkun komplementata b'metodi oħra ta' monitoraġġ, |
|
D. |
billi l-indikaturi fit-Tabella huma maħsuba biex jgħinu fl-identifikazzjoni tas-setturi li għandhom jiġu studjati aktar fid-dettall, |
|
E. |
billi t-Tabella għandha tistimola d-dibattitu dwar kwistjonijiet tal-politika tal-konsumatur, |
|
F. |
billi l-istudji u l-analiżi mill-awtoritajiet nazzjonali għall-konsumatur u l-kompetizzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex it-Tabella tkompli tiżviluppa, |
Introduzzjoni
1. Jisħaq fuq l-importanza li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Intern, u jqis it-Tabella bħala għodda importanti biex jintlaħaq dan il-għan;
2. Jilqa' l-ħames indikaturi prinċipali tat-Tabella marbuta mal-ilmenti, mal-livelli tal-prezzijiet, mas-sodisfazzjon, mat-tibdil tal-fornitur u mas-sikurezza;
3. Jenfasizza li t-Tabella għadha fil-bidu tagħha u jeħtieġ li tiżviluppa aktar b'data aktar kompleta, bi statistika aktar preċiza u b'aktar analiżi msejsa fuq l-indikaturi differenti;
4. Jenfasizza li meta jintlaħaq livell sodisfaċenti ta' żvilupp fil-ħames indikaturi bażiċi tat-Tabella, għandhom ikunu elaborati indikaturi ġodda sabiex is-Suq Intern ikun jista' jwieġeb aħjar għall-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm finanzjament u staff biżżejjed għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4;
6. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ koerenti u kkoordinat fis-servizzi tagħha biex ma jkunx hemm xogħol ripetut u riżultati kontradittorji mill-analiżi tad-data;
7. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkludi sintesi li tinftiehem faċilment, kif ukoll konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ċari fit-Tabelli li jsiru fil-ġejjieni, maqlubin fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;
L-iżvilupp tal-indikaturi
8. Huwa tal-opinjoni li l-għadd totali ta' indikaturi għandu jkun limitat sabiex tkun żgurata Tabella ffukata tajjeb;
9. Huwa tal-opinjoni li indikatur marbut mal-ilmenti huwa essenzjali sabiex wieħed jifhem is-sodisfazzjon tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu sabiex ikun hemm armonizzazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-ilmenti li jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti u mis-servizzi rilevanti tal-assistenza għall-konsumatur fl-Istati Membri u fil-livell Komunitarju, u biex jistabilixxu ġabra ta' data tal-ilmenti tal-konsumatur fl-UE kollha; jistieden lill-Istati Membri biex ikabbru l-għarfien tal-konsumatur dwar is-sistemi ta' lmenti u biex itejbu l-immaniġġjar tal-ilmenti sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu joffru aktar servizzi u servizzi aħjar;
10. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa indikaturi marbuta mal-proċedimenti ġudizzjarji transkonfinali u l-kumpens għal ħsara mġarrba mill-konsumaturi, permezz ta' mezzi ta' kumpens ġudizzjarji u extraġudizzjarji, kif ukoll permezz ta' mekkaniżmi nazzjonali ta' kumpens;
11. Huwa tal-opinjoni li indikaturi marbuta mal-kompetenza, mal-kapaċità u mal-età tal-konsumatur jistgħu jiġu inklużi fit-Tabella (pereżempju, il-livell tal-edukazzjoni, il-kompetenza fil-kompjuters u l-kapaċitajiet fil-lingwi barranin); madankollu, jisħaq fuq l-importanza li jinstab bilanċ bejn l-indikaturi msejsa fuq id-data “soft” minn stħarriġ fost il-konsumaturi u data “hard” imsejsa fuq għejun oħra;
12. Jirrikonoxxi li l-iżvilupp ta' indikaturi ta' prezzijiet preċiżi u xierqa hija kwistjoni kumplessa ħafna billi d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet jista' jkollhom għadd ta' kawżi u l-eżistenza tagħhom fiha nnifisha mhix prova tan-nuqqasijiet tas-suq; madankollu, huwa tal-opinjoni li t-Tabella għandha tinkludi indikaturi tal-prezzijiet, billi l-prezzijiet huma ta' tħassib kbir għall-konsumaturi u l-indikaturi tal-prezzijiet huma importanti biex jistimulaw dibattitu u jiżguraw li jkun hemm għarfien fil-midja rigward in-nuqqasijiet fit-tħaddim tas-swieq; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-klima makroekonomika kif ukoll is-setgħa tal-akkwist tal-konsumaturi u l-prezzijiet qabel it-taxxa fl-Istati Membri;
13. Jilqa' l-isforzi sabiex jiġu żviluppati indikaturi tal-prezzijiet aktar sofistikati, imma jitlob ukoll sabiex jintużaw indikaturi oħra marbuta mat-tħaddim effikaċi tas-swieq qabel ma jsiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar il-politika;
14. Ifakkar li t-tħassib dwar l-etika u l-ambjent kulma jmur qiegħed iżid fl-importanza għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilità li titkejjel id-disponibilità tal-informazzjoni marbuta ma' tħassib bħal dan fi swieq differenti;
It-titjib tal-bażi tal-informazzjoni
15. Jisħaq fuq l-importanza ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri, tal-Eurostat u ta' servizzi oħra tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-kwalità u l-kompletezza taċ-ċifri; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu passi sabiex jiffaċilitaw koperazzjoni bħal din;
16. Ifakkar li l-konsumaturi nazzjonali u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni sikwit jistudjaw każijiet jew ikollhom evidenza oħra li tirrigwarda t-tħaddim ta' swieq differenti, u b'hekk jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu spunt mill-informazzjoni nazzjonali disponibbli u tikkonsulta b'mod attiv mal-esperti nazzjonali meta tiġi biex tkompli tiżviluppa t-Tabella;
17. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jaraw sew il-merti li jiġi stabbilit Ombudsman speċjali għall-Konsumatur; jinnota li numru ta' Stati Membri għandhom ombudsmen tal-konsumatur f'diversi setturi li jgħinu l-konsumaturi biex jittrattaw mal-operaturi ekonomiċi;
18. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'koperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura li ċ-Ċentri Ewropej għall-Informazzjoni tal-Konsumatur jingħataw aktar riżorsi u jkollhom biżżejjed staff biex isolvu b'mod effiċjenti l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' lmenti transkonfinali mill-konsumaturi u biex iqassru ż-żmien tal-ipproċessar ta' lmenti bħal dawn;
Aktar għarfien
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-għarfien fir-rigward tat-Tabella, inter alia billi jiżguraw li tkun aċċessibbli u viżibbli faċilment fuq il-websajts rilevanti, u jżidu l-isforzi għall-promozzjoni tat-Tabella fil-mezzi ta' komunikazzjoni, mal-awtoritajiet pubbliċi u fl-organizzazzjonijiet tal-konsumatur;
Ir-relazzjoni mat-Tabella tas-Suq Intern
20. Huwa tal-opinjoni li t-Tabella tas-Suq Intern u t-Tabella tas-Swieq tal-Konsumatur it-tnejn għandhom l-għan li jippromwovu Suq Intern aħjar sabiex ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u l-konsumaturi;
21. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm komunikazzjoni aħjar fis-Suq Intern u huwa tal-opinjoni li ż-żewġ Tabelli huma passi importanti f'dik id-direzzjoni;
22. Jenfasizza li filwaqt li ż-żewġ Tabelli huma marbuta bejniethom u huwa importanti li jkun promoss l-iżvilupp koerenti tagħhom, huma għandhom udjenzi speċifiċi differenti u għalhekk għandhom jinżammu separati, b'settijiet differenti ta' indikaturi;
23. Huwa tal-opinjoni li għandha ssir reviżjoni fuq bażi regolari tal-indikaturi użati kif ukoll tar-relazzjoni bejn iż-żewġ Tabelli sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi fis-Suq Intern;
*
* *
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
(1) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 231.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0211.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0421.