Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AE0264

    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (Riformulazzjoni) COM(2007) 870 finali — 2008/0005 (COD)

    ĠU C 162, 25.6.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 162/40


    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (Riformulazzjoni)

    COM(2007) 870 finali — 2008/0005 (COD)

    (2008/C 162/07)

    Nhar it-8 ta' Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

    il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (Riformulazzjoni)

    Il-Kumitat, billi jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u jħoss li m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-442 sessjoni plenarja tiegħu tat-13 u l-14 ta' Frar 2008 (seduta tat-13 ta' Frar), b'128 vot favur u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

     

    Brussell, it-13 ta' Frar 2008

    Il-President

    tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    Dimitris DIMITRIADIS


    Top