Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0892

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati

    C/2017/1525

    ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/892/oj

    25.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 138/57


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/892

    tat-13 ta' Marzu 2017

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 38, l-Artikolu 174(1)(d), l-Artikolu 181(3) u l-Artikolu 182(1) u (4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 58(4)(a), l-Artikolu 62(2)(a) sa (d) u (h) u l-Artikolu 64(7)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistabbilixxi regoli ġodda dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati. Dan jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (4). Dak ir-Regolament huwa emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (5).

    (2)

    Sabiex tittejjeb bl-aħjar mod l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli u l-qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali. Għandhom jiġu stabbiliti l-azzjonijiet ambjentali li jistgħu jiġu inklużi f'dak il-qafas nazzjonali u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rrispettati sabiex ikunu ffaċilitati l-abbozzar u l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet.

    (3)

    Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti regoli li jirrigwardjaw il-kontenut tal-programmi operattivi, id-dokumenti li jridu jiġu sottomessi, il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni u l-perjodi ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

    (4)

    Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskema ta' għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif li għandu jkun inkluż fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, kif ukoll il-proċeduri għall-ħlas tal-għajnuna. Sabiex ikunu evitati d-diffikultajiet fil-flussi tal-flus, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta' ħlasijiet bil-quddiem li tkun akkumpanjata minn garanziji xierqa. Għal raġunijiet simili, għandha tkun disponibbli sistema alternattiva għar-rimborż tal-infiq li jkun sar diġà.

    (5)

    Billi l-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija imprevedibbli u l-prodotti jistgħu jitħassru, l-ammont żejjed fis-suq, anki jekk ma jkunx kbir wisq, jista' jfixkel is-suq b'mod sinifikanti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni li jirrigwardjaw il-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet.

    (6)

    Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar l-għajnuna finanzjarja nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu f'reġjuni tal-Unjoni fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun partikolarment baxx. Għandhom jiġu pprovduti proċeduri kemm għall-approvazzjoni ta' tali assistenza finanzjarja nazzjonali, kif ukoll għall-approvazzjoni u l-ammont tar-rimborż mill-Unjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit ukoll il-proporzjon tar-rimborż.

    (7)

    Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar it-tip u l-format ta' ċertu tagħrif li jrid jiġi pprovdut għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ta' dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru t-tagħrif mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

    (8)

    Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post meħtieġa sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

    (9)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-korrezzjoni ta' żbalji ovvji fi kwalunkwe applikazzjonijiet għall-għajnuna, notifiki, pretensjonijiet jew talbiet

    (10)

    Għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-produtturi li ma jappartjenux lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali li għalihom isiru vinkolanti regoli li jiġu maqbula fi ħdan l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li huma meqjusa bħala rappreżentattivi f'żona ekonomika speċifika.

    (11)

    Il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-medja pponderata tal-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati mibjugħa fis-swieq tal-importazzjoni tal-Istat Membru, bl-użu tad-dejta dwar dawn il-prezzijiet u dwar il-kwantitajiet importati tal-prodotti kkonċernati nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar il-każijiet fejn mhumiex disponibbli prezzijiet rappreżentattivi medji għall-prodotti ta' oriġini partikolari.

    (12)

    Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar id-dazju tal-importazzjoni li jista' jkun impost fuq ċerti prodotti minbarra dak previst fit-Tariffa Doganali Komuni. Għandha ssir dispożizzjoni li tgħid li jista' jiġi impost dazju tal-importazzjoni addizzjonali jekk il-volumi tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati jaqbżu l-livelli tal-iskattar iddeterminati għall-prodott u għall-perjodu ta' applikazzjoni. L-oġġetti li jkunu fi triqithom lejn l-Unjoni huma eżentati mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali u, għalhekk, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn l-oġġetti.

    (13)

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (14)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

    TAQSIMA 1

    Dispożizzjoni introduttorja

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, bl-eċċezzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

    2.   Il-Kapitoli I sa V għandhom japplikaw biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar.

    TAQSIMA 2

    Programmi operattivi

    Artikolu 2

    Strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli

    L-istruttura u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali u l-investimenti eliġibbli

    1.   Taqsima separata tal-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tindika r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jridu jiġu ssodisfati mill-azzjonijiet ambjentali magħżula fil-kuntest ta' programm operattiv.

    Il-qafas nazzjonali għandu jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet ambjentali u l-kundizzjonijiet tagħhom li japplikaw fl-Istat Membru għall-finijiet tal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tista' tinkludi t-tipi ta' azzjonijiet ambjentali li ġejjin:

    (a)

    azzjonijiet li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, rispettivament, u li huma previsti fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat;

    (b)

    investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent;

    (c)

    azzjonijiet oħrajn ta' benefiċċju għall-ambjent, inklużi dawk li mhumiex relatati, direttament jew indirettament, ma' roqgħa art partikolari, iżda li huma marbuta mas-settur tal-frott u l-ħxejjex, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu.

    Għal kull azzjoni ambjentali msemmija fil-punti (b) u (c) tat-tielet subparagrafu, il-qafas nazzjonali għandu jindika:

    (a)

    il-ġustifikazzjoni tal-azzjoni, abbażi tal-impatt ambjentali tagħha; u

    (b)

    l-impenn jew impenji speċifiku/speċifiċi involut(i).

    Il-qafas nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas azzjoni waħda fuq l-applikazzjoni ta' prattiki integrati għall-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara.

    2.   L-azzjonijiet ambjentali li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika appoġġjati fil-kuntest ta' programm tal-iżvilupp rurali għandu jkollhom l-istess tul ta' żmien daqs dawk l-impenji. Meta t-tul ta' żmien tal-azzjoni jaqbeż it-tul ta' żmien tal-programm operattiv inizjali, l-azzjoni għandha titkompla fi programm operattiv sussegwenti.

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw perjodi ta' żmien iqsar għall-azzjonijiet ambjentali jew saħansitra d-diskontinwità tagħhom f'każijiet debitament ġustifikati u, b'mod partikolari, jieħdu f'kunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni fis-sena ta' qabel tal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

    3.   L-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent magħmula fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-kumpaniji sussidjarji, li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, jew inkella fl-istabbilimenti tal-membri produtturi tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk ikunu:

    (a)

    jistgħu jiksbu tnaqqis fl-użu attwali tal-inputs tal-produzzjoni, fl-emissjoni ta' inkwinanti jew fl-iskart mill-proċess tal-produzzjoni; jew

    (b)

    jistgħu jissostitwixxu l-użu tas-sorsi ta' enerġija fossili b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jew

    (c)

    jistgħu jiksbu tnaqqis fir-riskji ambjentali marbuta mal-użu ta' ċerti inputs tal-produzzjoni, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew fertilizzanti; jew

    (d)

    iwasslu għal titjib tal-ambjent; jew inkella

    (e)

    ikunu marbuta ma' investimenti mhux produttivi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' impenn agroambjentali klimatiku jew ta' impenn tal-biedja organika, b'mod partikolari meta dawk l-objettivi jkunu jirrigwardjaw il-ħarsien tal-ħabitats u tal-bijodiversità.

    4.   L-investimenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk huma jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 15 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, ta':

    (a)

    l-użu tal-inputs tal-produzzjoni li huma riżorsi naturali mhux rinnovabbli, bħall-ilma jew il-fjuwil fossili, jew is-sors possibbli ta' tniġġis ambjentali, bħal fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew ċerti tipi ta' sorsi tal-enerġija;

    (b)

    l-emissjoni ta' inkwinanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma mill-proċess tal-produzzjoni; jew inkella

    (c)

    il-produzzjoni tal-iskart, inkluż l-ilma li jintrema, mill-proċess tal-produzzjoni.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw investimenti li jippermettu tnaqqis ta' mill-inqas 7 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, diment li dawk l-investimenti jippermettu mill-inqas benefiċċju ambjentali wieħed addizzjonali.

    It-tnaqqis mistenni u, fejn applikabbli, il-benefiċċju ambjentali addizzjonali mistenni, għandhom jintwerew ex-ante permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett jew dokumenti tekniċi oħrajn li għandhom jiġu ppreżentati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-mument tas-sottomissjoni tal-programm operattiv propost jew tal-emendar ta' tali programm għall-approvazzjoni, fejn juru r-riżultati li jistgħu jinkisbu permezz tal-implimentazzjoni tal-investiment, kif attestat mid-dokumenti tekniċi jew minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert bi qbil mal-Istat Membru.

    L-investimenti maħsuba biex jiksbu tnaqqis fl-użu tal-ilma għandhom:

    (a)

    jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 5 % fl-użu tal-ilma f'tisqija bil-qatra jew sistemi simili, imqabbel mal-konsum qabel l-investiment, u

    (b)

    ma jirriżultawx f'żieda netta taż-żona msaqqija, sakemm il-konsum totali tal-ilma għat-tisqija tar-razzett kollu, inkluża ż-żona miżjuda, ma jaqbiżx il-medja tal-konsum tal-ilma tal-ħames snin ta' qabel l-investiment.

    5.   L-investimenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, li jikkonsistu f'sistemi li jiġġeneraw l-enerġija, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk l-ammont ta' enerġija ġġenerata ma jaqbiżx l-ammont li jista' jintuża ex-ante fuq bażi annwali għall-azzjonijiet relatati mal-frott u l-ħxejjex mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, minn kumpanija sussidjarja jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi li jibbenifikaw mill-investiment.

    6.   L-investimenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu, għalkemm il-kontribut tagħhom ma jistax jiġi kkwantifikat.

    L-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tipprovdi evidenza tal-kontribut pożittiv mistenni għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali fil-mument tas-sottomissjoni għall-approvazzjoni tal-programm operattiv propost jew għall-emendar ta' tali programm. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' titlob li l-evidenza tiġi pprovduta fil-forma ta' speċifikazzjonijiet tal-proġett attestati minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert fl-oqsma ambjentali kkonċernati.

    7.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet ambjentali:

    (a)

    jistgħu jiġu kkombinati diversi azzjonijiet ambjentali, sakemm ikunu kumplimentari u kompatibbli. Meta l-azzjonijiet ambjentali, għajr l-investimenti f'assi fiżiċi, jiġu kkombinati, il-livell ta' appoġġ għandu jqis id-dħul speċifiku mitluf u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinazzjoni;

    (b)

    l-impenji maħsuba biex jillimitaw l-użu ta' fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew inputs oħrajn għandhom ikunu aċċettati biss jekk tali limitazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu vvalutati b'mod li jipprovdi assigurazzjoni dwar il-konformità ma' dawk l-impenji;

    (c)

    l-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli kompletament għall-appoġġ.

    Artikolu 4

    Kontenut tal-programmi operattivi

    1.   Il-programmi operattivi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi komuni ta' linja bażi elenkati fil-punt 5 tal-Anness II;

    (b)

    l-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqiesu l-prospetti tal-produzzjoni u tal-postijiet tal-bejgħ, bi spjegazzjoni ta' kif il-programm għandu l-ħsieb li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija nazzjonali u jkun konsistenti magħhom, inkluż fil-bilanċ bejn l-attivitajiet. Id-deskrizzjoni tal-objettivi għandha tindika miri li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-progress magħmul gradwalment fl-implimentazzjoni tal-programm;

    (c)

    il-miżuri proposti, inklużi l-azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet;

    (d)

    it-tul tal-programm; u

    (e)

    l-aspetti finanzjarji, b'mod partikolari:

    (i)

    il-metodu tal-kalkolu u l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji;

    (ii)

    il-proċedura għall-finanzjament tal-fond operattiv;

    (iii)

    it-tagħrif meħtieġ sabiex ikunu ġustifikati l-livelli differenti ta' kontribuzzjoni; u

    (iv)

    il-baġit u l-iskeda taż-żmien għall-operazzjonijiet għal kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm.

    2.   Il-programmi operattivi għandhom jindikaw:

    (a)

    kemm il-miżuri differenti jikkumplimentaw miżuri oħrajn u kemm huma konsistenti magħhom, inklużi miżuri ffinanzjati jew eliġibbli għall-appoġġ minn fondi oħrajn tal-Unjoni u, b'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-programmi ta' promozzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Jekk ikun applikabbli, għandha ssir ukoll referenza speċifika għall-miżuri mwettqa fil-kuntest tal-programmi operattivi preċedenti; u

    (b)

    li ma jinvolvu ebda riskju ta' finanzjament doppju mill-fondi tal-Unjoni.

    Artikolu 5

    Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati mal-programm operattiv

    Il-programmi operazzjonali għandhom ikunu akkumpanjati minn:

    (a)

    provi li jkun inħoloq fond operattiv;

    (b)

    impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li din ser taġixxi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ma' dan ir-Regolament; u

    (c)

    impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li hija la rċeviet u lanqas ma hija ser tirċievi, direttament jew indirettament, xi finanzjament ieħor tal-Unjoni jew nazzjonali għall-azzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

    Artikolu 6

    Limitu ta' żmien għas-sottomissjoni

    1.   Programm operattiv għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni minn organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat il-programm. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru.

    2.   Meta entità legali jew parti definita b'mod ċar minn entità legali, inkluż grupp tal-produtturi msawwar skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew grupp tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi, hija tista', fl-istess ħin, tissottometti l-programm operattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għall-approvazzjoni. L-approvazzjoni tal-programm operattiv għandha tkun soġġetta għall-għoti tar-rikonoxximent sa mhux aktar tard mid-data finali stipulata fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

    Artikolu 7

    Il-perjodi ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi

    1.   Il-programmi operattivi għandhom jiġu implimentati f'perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

    2.   Il-programmi operattivi approvati sal-15 ta' Diċembru għandhom jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

    L-implimentazzjoni ta' programmi approvati wara l-15 ta' Diċembru għandha tkun posposta għal sena.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi approvati skont dawk id-dispożizzjonijiet għandha tibda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar wara l-approvazzjoni tagħhom.

    TAQSIMA 3

    Għajnuna

    Artikolu 8

    Ammont tal-għajnuna approvat

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

    B'deroga mill-ewwel paragrafu, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-20 ta' Jannar tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

    Artikolu 9

    Applikazzjonijiet għall-għajnuna

    1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu applikazzjoni għall-għajnuna, jew il-bilanċ tagħha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għal kull programm operattiv li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

    2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li juru:

    (a)

    l-għajnuna mitluba;

    (b)

    il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata;

    (c)

    il-kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti fuq il-membri tagħha u dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;

    (d)

    l-infiq imġarrab fir-rigward tal-programm operattiv;

    (e)

    l-infiq li jikkonċerna l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

    (f)

    il-proporzjon tal-fond operattiv li ntefaq fuq il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

    (g)

    il-konformità mal-Artikolu 33(3), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(5) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (h)

    impenn bil-miktub li hija ma rċeviet ebda finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni doppju għall-miżuri jew l-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

    (i)

    fil-każ ta' applikazzjoni għal pagament abbażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni kkonċernata; u

    (j)

    ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 21.

    3.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jkopru nfiq ipprogrammat iżda li ma jkunx sar jekk ikun hemm provi dwar l-elementi li ġejjin:

    (a)

    l-operazzjonijiet ikkonċernati ma setgħux jitwettqu sal-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha kien implimentat il-programm operattiv, għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;

    (b)

    dawk l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna; u

    (c)

    għad hemm kontribuzzjoni ekwivalenti mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-fond operattiv.

    L-għajnuna għandha titħallas biss, u l-garanzija mressqa skont l-Artikolu 11(2) għandha tiġi rrilaxxata biss, bil-kundizzjoni li tingħata prova, sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li fiha l-infiq ikkonċernat kien ipprogrammat, li l-infiq ipprogrammat imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ġie implimentat u abbażi tad-dritt għall-għajnuna stabbilit fil-verità.

    4.   F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' taċċetta applikazzjonijiet wara d-data prevista fil-paragrafu 1, jekk ikunu twettqu l-kontrolli meħtieġa u jekk ikun ġie mħares il-limitu taż-żmien għall-ħlas imsemmi fl-Artikolu 10. F'każ li l-applikazzjonijiet jitressqu wara d-data prevista fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha titnaqqas b'1 % għal kull jum li l-applikazzjoni tkun tard.

    5.   L-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'isem u għan-nom biss ta' dawk il-membri li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fl-istess Stat Membru li rrikonoxxa l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u diment li jiġu sottomessi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 2 għal kull membru. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu l-benefiċjarji finali tal-għajnuna.

    6.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma membri ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-għajnuna fl-Istat Membru fejn ikunu rikonoxxuti fir-rigward tal-azzjonijiet implimentati fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tipprovdi lill-Istat Membru fejn ikollha l-kwartieri ġenerali tagħha b'kopja tal-applikazzjoni.

    7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha għall-azzjonijiet implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni, sakemm ma jkun hemm ebda riskju ta' finanzjament doppju.

    Artikolu 10

    Ħlas tal-għajnuna

    L-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna sal-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara dik li fiha jiġi implimentat il-programm.

    Artikolu 11

    Ħlasijiet bil-quddiem

    1.   L-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu ppreżentati skont kif deċiż mill-Istat Membru, jew fuq il-bażi ta' kull tliet xhur, jiġifieri f'Jannar, April, Lulju u Ottubru, jew inkella fuq il-bażi ta' kull erba' xhur, jiġifieri f'Jannar, Mejju u Settembru.

    It-total ta' ħlasijiet bil-quddiem magħmula għal sena partikolari ma jistax jaqbeż it-80 % tal-ammont ta' għajnuna approvat inizjalment għall-programm operattiv.

    2.   Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu jekk tingħata garanzija li tkun ekwivalenti għal 110 % tagħhom skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (8).

    3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu u d-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet bil-quddiem.

    Artikolu 12

    Ħlasijiet parzjali

    1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għall-ħlas tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv.

    2.   L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe ħin, iżda mhux aktar minn tliet darbiet fis-sena. Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn, bħal fatturi u dokumenti li jagħtu prova li l-ħlas ikun sar.

    3.   Il-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal partijiet mill-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi għall-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv għall-perjodu kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu għall-ħlasijiet parzjali u d-dati ta' skadenza għall-applikazzjonijiet.

    KAPITOLU II

    MIŻURI TA' PREVENZJONI U ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET

    Artikolu 13

    Miżuri ta' taħriġ u skambji ta' prattiki aħjar

    L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' taħriġ u l-iskambji ta' prattiki aħjar, li għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet.

    Artikolu 14

    Miżuri ta' promozzjoni u komunikazzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, kemm jekk dawk il-miżuri jkunu jirrigwardjaw il-prevenzjoni tal-kriżijiet kif ukoll jekk ikunu jirrigwardjaw il-ġestjoni tal-kriżijiet. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu l-applikazzjoni ta' malajr tal-miżuri jekk dan ikun meħtieġ.

    2.   L-azzjonijiet fil-kuntest tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni għandhom jiżdiedu ma' kwalunkwe azzjoni ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni li tkun qed tiġi applikata mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata fil-programm operattiv tagħha u li ma tkunx marbuta mal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

    Artikolu 15

    Standards ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti rtirati

    1.   Prodott irtirat mis-suq għandu jkun konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott kif imsemmi fit-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti. Meta l-prodotti jiġu rtirati fi kwantitajiet kbar, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti minimi għall-klassi II.

    Madankollu, il-prodotti żgħar kif definiti fl-istandard rilevanti għandhom ikunu konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti.

    2.   Jekk ma jkunx stipulat standard ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III. L-Istati Membri jista' jistipulaw regoli addizzjonali li jissupplimentaw dawk ir-rekwiżiti minimi.

    Artikolu 16

    L-ispejjeż tat-trasport għal distribuzzjoni bla ħlas

    1.   L-ispejjeż tat-trasport bl-art għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti kollha rtirati mis-suq għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programm operattiv fuq il-bażi tal-iskala tal-ispejjeż għal kull unità stabbiliti skont id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna kif stabbilita fl-Anness IV.

    Fil-każ tat-trasport bil-baħar, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna finali. Il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispiża tat-trasport bl-art fuq l-iqsar rotta bejn il-post tat-tagħbija u l-punt tal-kunsinna finali fejn ikun jista' jintuża t-trasport bl-art. Għandu jiġi applikat koeffiċjent korrettiv ta' 0,6 għall-ammonti stabbiliti fl-Anness IV.

    Fil-każ tat-trasport ikkombinat, l-ispiża tat-trasport applikabbli għandha tkun it-total tal-ispiża korrispondenti għad-distanza tat-trasport bl-art flimkien ma' 60 % taż-żieda tal-ispiża jekk id-distanza totali tat-trasport tkun saret bl-art, kif stabbilit fl-Anness IV.

    2.   L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lill-parti li fil-fatt tħallas l-ispiża finanzjarja tal-operazzjoni tat-trasport ikkonċernata.

    Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:

    (a)

    l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

    (b)

    il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;

    (c)

    l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji u l-mezzi tat-trasport użati; u

    (d)

    id-distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna.

    Artikolu 17

    L-ispejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar għad-distribuzzjoni bla ħlas

    1.   L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programmi operattivi. Għal prodotti f'pakketti ta' inqas minn 25 kilogramma ta' piż nett, għandhom japplikaw l-ammonti b'rata fissa stabbiliti fl-Anness V.

    2.   Il-pakketti ta' prodotti għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom juru l-emblema Ewropea, flimkien ma' waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI.

    3.   L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li jkunu wettqu dawk l-operazzjonijiet.

    Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:

    (a)

    l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

    (b)

    il-kwantità tal-prodotti kkonċernati; u

    (c)

    l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji, li tispeċifika l-preżentazzjoni.

    KAPITOLU III

    ASSISTENZA FINANZJARJA NAZZJONALI

    Artikolu 18

    Awtorizzazzjoni sabiex titħallas l-għajnuna finanzjarja nazzjonali

    1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sal-31 ta' Jannar ta' dik is-sena.

    It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi:

    (a)

    li l-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikolarment baxx, skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;

    (b)

    li huma biss il-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti f'dak ir-reġjun li jibbenifikaw mill-assistenza; u

    (c)

    id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont tal-assistenza kkonċernata u l-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba permezz ta' deċiżjoni fi żmien tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-jum li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet talba kompluta mill-Istat Membru. Jekk il-Kummissjoni ma titlobx tagħrif addizzjonali matul il-perjodu ta' tliet xhur, it-talba għandha titqies bħala kompluta.

    Artikolu 19

    Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha

    1.   L-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali dwar il-ħlas tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, inkluża l-possibbiltà ta' ħlasijiet bil-quddiem u ta' ħlasijiet parzjali.

    Artikolu 20

    Rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali

    1.   Qabel l-1 ta' Jannar tat-tieni sena wara s-sena li fiha jiġi implimentat il-programm, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata effettivament imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kienu ssodisfati fi tlieta mill-erba' snin preċedenti.

    Għall-fini tal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll il-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex mill-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    It-talba għar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tinkludi wkoll:

    (a)

    id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

    (b)

    l-ammont ta' assistenza mħallsa, limitata għal kull organizzazzjoni tal-produtturi għall-ammont inizjalment awtorizzat; u

    (c)

    deskrizzjoni tal-fond operattiv li turi l-ammont totali, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-membri.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba.

    It-talba għandha tiġi miċħuda meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u r-rimborż tal-assistenza finanzjarja nazzjonali jew meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fond operattiv u l-programmi operattivi stipulati fi jew skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    3.   Meta r-rimborż tal-assistenza mill-Unjoni jkun ġie approvat, l-infiq eliġibbli għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (9).

    4.   Il-proporzjon tar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali ma għandux jaqbeż is-60 % tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont irrimborżat ma għandux jaqbeż it-48 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    KAPITOLU IV

    TAGĦRIF, RAPPORTI U KONTROLLI

    TAQSIMA 1

    Tagħrif u rapporti

    Artikolu 21

    It-tagħrif u r-rapporti annwali minn gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rapporti annwali mill-Istati Membri

    1.   Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu kwalunkwe tagħrif rilevanti meħtieġ sabiex jitfassal ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġbru tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux issottomettew programmi operattivi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jintalbu jipprovdu tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

    2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreżentaw rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom mal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna.

    Dawk ir-rapporti annwali għandhom jikkonċernaw dawn li ġejjin:

    (a)

    il-programm operattiv implimentat matul is-sena ta' qabel;

    (b)

    l-emendi ewlenin għall-programm operattiv; u

    (c)

    id-differenzi bejn l-ammont stmat ta' għajnuna u l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għaliha.

    3.   Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jindikaw:

    (a)

    il-kisbiet tal-programm operattiv, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II u, fejn applikabbli, l-indikaturi addizzjonali stabbiliti fl-istrateġija nazzjonali kif ġej:

    (i)

    l-indikaturi komuni ta' linja bażi u l-indikaturi (finanzjarji) tal-input għandhom jintużaw f'kull rapport annwali;

    (ii)

    l-indikaturi tar-riżultati u tal-output għandhom jintużaw fl-aħħar sentejn tal-programm operattiv; u

    (b)

    sommarju tal-problemi ewlenin li jkunu nstabu fil-ġestjoni tal-programm u l-miżuri meħuda sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm.

    Fejn ikun applikabbli, ir-rapport annwali għandu jispeċifika x'salvagwardji ddaħħlu fis-seħħ, b'konformità mal-istrateġija nazzjonali u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex l-ambjent jitħares minn pressjonijiet miżjuda li possibbilment jistgħu joriġinaw minn investimenti appoġġjati fil-kuntest tal-programm operattiv.

    4.   Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sena ta' qabel tal-aħħar ta' programm operattiv għandu juri kemm tabilħaqq intlaħqu l-objettivi segwiti mill-programmi. Dan ir-rapport għandu jsemmi wkoll fatturi li kkontribwew għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm u l-mod kif dawk il-fatturi ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm li għaddej bħalissa jew ser jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm operattiv ta' wara.

    Fir-rapport annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istat Membru għandu jinkludi d-dettalji tal-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

    TAQSIMA 2

    Kontrolli

    Artikolu 22

    Sistema ta' identifikazzjoni unika

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata sistema ta' identifikazzjoni unika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna. Din l-identifikazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    Artikolu 23

    Proċeduri tas-sottomissjoni

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9, 24 u 25, l-Istati Membri għandhom jipprevedu proċeduri għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna, għat-talbiet għar-rikonoxximent jew għall-approvazzjoni ta' programmi operattivi, kif ukoll għat-talbiet għall-ħlas.

    Artikolu 24

    L-għoti ta' rikonoxximent

    1.   Qabel jagħtu rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 154(4)(a) jew l-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fl-organizzazzjoni tal-produtturi jew fl-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent.

    2.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fir-rigward tal-kriterji tar-rikonoxximent li japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha mill-inqas darba kull ħames snin, anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jimplimentaw ebda programm operattiv.

    Artikolu 25

    Approvazzjoni tal-programmi operattivi u l-emendi tagħhom

    1.   Qabel ma programm operattiv jiġi approvat skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bil-mezzi kollha xierqa, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post, il-programm operattiv sottomess għall-approvazzjoni u t-talba għall-emenda, fejn ikun applikabbli. B'mod partikolari, dawk il-kontrolli għandhom jikkonċernaw:

    (a)

    l-akkuratezza tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (e), li għandu jiddaħħal fl-abbozz tal-programm operattiv;

    (b)

    il-konformità tal-programm mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll mal-istrateġija nazzjonali u mal-qafas nazzjonali;

    (c)

    l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet u l-eliġibbiltà tal-infiq propost; u

    (d)

    il-konsistenza u l-kwalità teknika tal-programm, il-korrettezza tal-estimi u tal-pjan ta' għajnuna u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tiegħu.

    2.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivverifikaw jekk:

    (a)

    il-miri jistgħux jitkejlu u jekk jistgħux jiġu mmonitorjati u milħuqa permezz tal-azzjonijiet proposti; u

    (b)

    l-operazzjonijiet li għalihom tintalab l-għajnuna humiex konformi mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari dawk dwar l-għajnuna mill-Istat, l-iżvilupp rurali u l-programmi ta' promozzjoni, kif ukoll mal-istandards obbligatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-istrateġija nazzjonali.

    Artikolu 26

    Kontrolli amministrattivi

    1.   Il-proċeduri li jirrigwardjaw il-kontrolli amministrattivi għandhom jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet imwettqa, ir-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi.

    2.   Qabel jagħtu l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna.

    3.   Il-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu, fejn ikun applikabbli, verifika:

    (a)

    tar-rapport annwali dwar it-twettiq tal-programm operattiv trażmess flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna;

    (b)

    tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, tal-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u tal-infiq imġarrab;

    (c)

    tal-korrelazzjoni preċiża tal-infiq iddikjarat mal-prodotti u s-servizzi kkonsenjati;

    (d)

    tal-konformità tal-azzjonijiet imwettqa ma' dawk inklużi fil-programm operattiv approvat; u

    (e)

    tal-ħarsien tal-limiti u tal-limiti massimi imposti, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn.

    4.   L-infiq imġarrab fil-kuntest tal-programm operattiv għandu jiġi appoġġjat minn prova tal-ħlas. Il-fatturi użati għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem wieħed jew aktar mill-membri produtturi. Madankollu, il-fatturi fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal imsemmija fil-punt 2 tal-Anness III għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) ta' dak ir-Regolament jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem il-kooperattivi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

    Artikolu 27

    Kontrolli fuq il-post fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna annwali

    1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom, sabiex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent, għall-għoti ta' għajnuna jew għall-bilanċ tagħha għas-sena kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9(1), li għandhom jissupplimentaw il-kontrolli amministrattivi.

    2.   Il-kontrolli fuq il-post għandhom jirrigwardjaw kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-għajnuna totali applikata għal kull sena. Kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li timplimenta programm operattiv għandha tiġi miżjura mill-inqas darba kull tliet snin.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jridu jiġu vverifikati fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji li għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-kriterji li ġejjin:

    (a)

    l-ammont tal-għajnuna;

    (b)

    is-sejbiet tal-kontrolli fis-snin preċedenti;

    (c)

    parametru każwali; u

    (d)

    parametri oħrajn li jridu jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

    4.   Jista' jingħata avviż minn qabel tal-kontrolli fuq il-post, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jkunx ipperikolat.

    5.   Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-impenji u l-obbligi kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-membri jew tal-kumpaniji sussidjarji tagħha, fejn ikun applikabbli, li jistgħu jiġu vverifikati fil-ħin taż-żjara u li ma setgħux jiġu vverifikati matul il-kontrolli amministrattivi. B'mod partikolari, il-kontrolli fuq il-post għandhom jikkonċernaw:

    (a)

    il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent għas-sena kkonċernata;

    (b)

    l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-konsistenza tagħhom mal-programm operattiv approvat;

    (c)

    fir-rigward ta' għadd ta' azzjonijiet rilevanti: il-konformità tal-infiq mal-liġi tal-Unjoni u r-rispett tad-dati ta' skadenza stabbiliti fiha;

    (d)

    l-użu tal-fond operattiv, inkluż l-infiq iddikjarat fit-talbiet għall-ħlasijiet bil-quddiem jew għall-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u l-infiq iddikjarat kif appoġġjat mid-dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti ekwivalenti;

    (e)

    il-kunsinna sħiħa tal-prodotti mill-membri, il-kunsinna tas-servizzi u l-ġenwinità tal-infiq iddikjarat; u

    (f)

    il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fl-Artikolu 30 għall-ispejjeż tal-irtirar mis-suq, tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad.

    6.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi vverifikat fuq il-bażi tas-sistema tal-kontabbiltà finanzjarja kif ivverifikata u ċċertifikata skont il-liġi nazzjonali.

    Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandha tiġi ċċertifikata bl-istess mod bħad-dejta tal-kontabbiltà finanzjarja.

    Il-kontroll tad-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jitwettaq qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna rilevanti, iżda għandu jitwettaq sa mhux aktar tard minn qabel isir il-ħlas tal-għajnuna.

    7.   Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-kontrolli fuq il-post għandhom jinkludu żjara fil-post fejn tiġi implimentata l-azzjoni jew, jekk l-azzjoni ma tkunx tanġibbli, lill-promotur tal-azzjoni. B'mod partikolari, l-azzjonijiet fuq azjendi individwali ta' membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi koperti mill-kampjun imsemmi fil-paragrafu 2 għandha ssirilhom mill-inqas żjara waħda sabiex jiġi vverifikat it-twettiq tagħhom.

    Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux dawn iż-żjarat għal azzjonijiet żgħar, jew meta jqisu li hemm riskju baxx li l-kundizzjonijiet sabiex jirċievu l-għajnuna ma jiġux issodisfati, jew inkella li l-operazzjoni ma kinitx implimentata. Id-deċiżjoni rispettiva u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom ikunu rreġistrati. Il-kriterji tal-analiżi tar-riskji stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-paragrafu.

    8.   Huma biss il-kontrolli li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-Artikolu li jistgħu jingħaddu lejn l-issodisfar tar-rata ta' kontroll stabbilita fil-paragrafu 2.

    9.   Ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post għandhom ikunu vvalutati sabiex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe problemi li jkunu nstabu fihom humiex ta' natura sistemika u jekk jinvolvux riskju għal azzjonijiet, benefiċjarji jew korpi simili oħrajn. Din il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta' tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżaminazzjoni ulterjuri li tista' tkun meħtieġa u l-azzjoni korrettiva u preventiva rrakkomandata.

    Jekk il-kontrolli jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti f'reġjun jew parti minn reġjun jew għal organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi speċifika, l-Istat Membru għandu jwettaq kontrolli addizzjonali matul is-sena fir-reġjun jew fl-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni kkonċernata u għandu jżid il-perċentwal ta' applikazzjonijiet korrispondenti li jridu jiġu vverifikati fis-sena ta' wara.

    Artikolu 28

    Rapporti tal-kontrolli fuq il-post

    1.   Għandu jsir rapport dettaljat għal kull kontroll fuq il-post, li jindika mill-inqas it-tagħrif li ġej:

    (a)

    l-iskema tal-għajnuna u l-applikazzjoni vverifikata;

    (b)

    l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-persuni preżenti;

    (c)

    l-azzjonijiet, il-miżuri u d-dokumenti vverifikati, inklużi r-rekord tal-awditjar u l-evidenza ta' sostenn ivverifikati; u

    (d)

    ir-riżultati tal-kontroll.

    2.   Rappreżentant tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jiċċertifika l-preżenza tiegħu fil-kontroll u sabiex jirreġistra l-kummenti tiegħu. Meta jinstabu xi irregolaritajiet, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport.

    Artikolu 29

    Kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar

    1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar f'kull organizzazzjoni tal-produtturi, li jkunu jinkludu kontroll tad-dokumenti u tal-identità appoġġjat minn kontroll fiżiku tal-piż tal-prodotti rtirati mis-suq, kif ukoll kontroll fuq il-konformità mal-Artikolu 15, skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kontroll għandu jsir wara li tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, fil-limiti ta' żmien stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.

    2.   Il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati mis-suq. Fi tmiem dan il-kontroll, il-prodotti rtirati, minbarra dawk għad-distribuzzjoni bla ħlas, għandha tinbidlilhom in-natura tagħhom jew għandhom jitneħħew billi jingħataw lill-industrija tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti jkunu għad-distribuzzjoni bla ħlas, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw perċentwal iżgħar minn dak stipulat f'dak il-paragrafu, sakemm dan ma jkunx inqas minn 10 % tal-kwantitajiet ikkonċernati matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikolari. Il-kontroll jista' jseħħ fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew fis-siti tal-benefiċjarji tal-prodotti. F'każ li l-kontrolli jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli addizzjonali.

    Artikolu 30

    Kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar

    1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-benefiċjarji tal-prodotti rtirati abbażi ta' analiżi tar-riskji. L-analiżi tar-riskji għandha tinkludi s-sejbiet tal-kontrolli tal-ewwel u tat-tieni livell li jkunu saru qabel u jekk organizzazzjoni tal-produtturi għandhiex xi forma ta' proċedura ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew le. Din l-analiżi tar-riskji għandha sservi bħala l-bażi sabiex tiġi stabbilita l-frekwenza minima tal-kontrolli tat-tieni livell għal kull organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    2.   Il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw:

    (a)

    ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jwettqu operazzjonijiet ta' rtirar matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni kkonċernata;

    (b)

    il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li jivverifikaw, b'mod partikolari, ir-reġistri tal-ħażniet u tal-kontabbiltà, il-fatturi u l-iżgurar li d-dikjarazzjonijiet ikunu jaqblu mad-dejta tal-kontabbiltà u tat-taxxa tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

    (c)

    il-kontijiet, b'mod partikolari l-veraċità tal-irċevuti netti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe spiża tal-irtirar; u

    (d)

    id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati kif iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u t-tibdil tan-natura tagħhom.

    3.   Kull kontroll għandu jinkludi kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet irtirati mill-organizzazzjoni tal-produtturi matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni.

    4.   Ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom juru, għal kull prodott irtirat, il-kwantitajiet mibdula, espressi f'tunnellati, ta':

    (a)

    il-produzzjoni kkonsenjata minn membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u minn membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn skont l-Artikolu 12(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;

    (b)

    il-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi, li jidentifika l-prodotti maħsuba għas-suq tal-prodotti friski u l-prodotti għall-ipproċessar; u

    (c)

    il-prodotti rtirati mis-suq.

    5.   Il-kontrolli fuq id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq għandhom jinkludu:

    (a)

    kontroll ta' kampjun fuq ir-rekords tal-ħażniet li għandhom jinżammu mill-benefiċjarji u fuq il-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli kkonċernati meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891; u

    (b)

    kontrolli fuq il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali rilevanti.

    6.   Jekk il-kontrolli tat-tieni livell jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell aktar dettaljati għas-sena kkonċernata u għandhom iżidu l-frekwenza tal-kontrolli tat-tieni livell fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi matul is-sena ta' wara.

    Artikolu 31

    Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad

    1.   Qabel ma sseħħ operazzjoni ta' ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li l-prodotti kkonċernati ma jkunux bil-ħsara u li ż-żona kkonċernata kienet miżmuma sewwa. Wara l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ż-żona kkonċernata nħasdet kompletament u li l-prodott maħsud inbidlitlu n-natura tiegħu.

    2.   Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li ma jsirx ħsad, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li ż-żona partikolari kienet miżmuma sewwa, li ma seħħ diġà ebda ħsad parzjali, li l-prodott huwa żviluppat sewwa u li, b'mod ġenerali, tali prodott ser ikun tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tiġi kkummerċjalizzata.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinbidel in-natura tal-produzzjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, huma għandhom jiżguraw, permezz ta' żjara jew żjarat fuq il-post matul l-istaġun tal-ħsad, li ma jseħħ l-ebda ħsad.

    3.   Meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891:

    (a)

    ir-rekwiżit previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiġifieri li ma jkun seħħ l-ebda ħsad parzjali, ma għandux japplika; u

    (b)

    l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanti tal-frott u l-ħxejjex, li fir-rigward tagħhom ikunu ttieħdu miżuri ta' ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, ma jintużawx għal skopijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun tal-produzzjoni.

    4.   L-Artikolu 30(1), (2), (3) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 32

    Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi

    1.   L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fuq dik l-organizzazzjoni fir-rigward tal-programm operattiv u l-fond operattiv, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.

    2.   L-Istati Membri l-oħrajn mitluba jipprovdu l-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom iwettqu tali kontrolli amministrattivi u fuq il-post kif mitlub mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati lilu. Huma għandhom jirrispettaw id-dati ta' skadenza stabbiliti mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1.

    3.   Ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi u għall-programm operattiv u l-fond operattiv. Madankollu, fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali u fitosanitarji u l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, għandhom japplikaw ir-regoli tal-Istat Membru fejn iseħħu l-azzjonijiet rispettivi.

    Artikolu 33

    Assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   L-Istat Membru li fih organizzazzjoni tal-produtturi li hija membru ta' assoċjazzjoni transnazzjonali għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentat fit-territorju tiegħu u għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.

    2.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkoopera mill-qrib mal-Istat Membru li fih l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha u jinnotifika mingħajr dewmien ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa u l-penali amministrattivi possibbli applikati.

    3.   L-Istat Membru li fih l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali u tal-fond operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati. Huwa għandu jiżgura wkoll il-koordinazzjoni tal-kontrolli u tal-ħlasijiet fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programmi operattivi implimentati fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn.

    4.   L-azzjonijiet tal-programmi operattivi għandhom ikunu konformi mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikunu effettivament imwettqa.

    Artikolu 34

    Kontrolli

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu kontrolli u miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ta' dan ir-Regolament. Dawk il-kontrolli u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex b'hekk jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

    B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew stabbiliti fl-istrateġija jew il-qafas nazzjonali jkunu jistgħu jiġu vverifikati;

    (b)

    l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u esperjenza xierqa sabiex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv; u

    (c)

    ikunu previsti kontrolli sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fil-kuntest ta' skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn.

    Artikolu 35

    Żbalji ovvji

    F'każijiet ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe notifika, pretensjoni jew talba magħmula lil Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew dan ir-Regolament u kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna tista' tiġi kkoreġuta u aġġustata fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħha.

    KAPITOLU V

    ESTENSJONI TAR-REGOLI

    Artikolu 36

    Kontribuzzjonijiet finanzjarji

    Meta Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li l-operaturi li ma jappartjenux għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, iżda li fir-rigward tagħhom ir-regoli jsiru vinkolanti, għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ sabiex hija tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Dan it-tagħrif għandu jinkludi l-bażi li fuqha tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni, l-ammont unitarju tagħha, l-attivitajiet koperti u l-ispejjeż assoċjati magħhom.

    Artikolu 37

    Estensjonijiet li jdumu għal aktar minn sena waħda

    1.   Fejn huwa deċiż li għandha tiġi applikata estensjoni tar-regoli għal perjodu ta' aktar minn sena, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, fir-rigward ta' kull sena, jekk il-kundizzjonijiet dwar ir-rappreżentattività stipulati fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 komplewx jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-estensjoni.

    2.   Jekk l-Istati Membri jsibu li l-kundizzjonijiet ma għadhomx qegħdin jiġu mħarsa, huma għandhom iħassru l-estensjoni b'effett mill-bidu tas-sena ta' wara.

    3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe tħassir. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli għall-pubbliku bil-mezzi xierqa.

    KAPITOLU VI

    SISTEMA TAL-PREZZ TAD-DĦUL U D-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI

    Artikolu 38

    Valuri standard tal-importazzjoni

    1.   Għal kull prodott u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal kull jum tax-xogħol u għal kull oriġini, valur standard tal-importazzjoni daqs il-medja pponderata tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 74 ta' dak ir-Regolament, nieqes ammont standard ta' EUR 5 għal kull 100 kg u d-dazji doganali ad valorem.

    2.   Meta jkun stabbilit valur standard tal-importazzjoni għall-prodotti u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, skont l-Artikoli 74 u 75 ta' dak ir-Regolament u skont dan l-Artikolu, il-prezz għal kull unità msemmi fl-Artikolu 142 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (10) ma għandux japplika. Dan għandu jiġi sostitwit mill-valur standard tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

    3.   Meta ma jkun hemm ebda valur standard tal-importazzjoni fis-seħħ għal prodott ta' oriġini partikolari, għandha tapplika l-medja pponderata tal-valuri standard tal-importazzjoni li jkunu fis-seħħ għal dak il-prodott.

    4.   Matul il-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jibqgħu applikabbli sakemm jinbidlu. Madankollu, huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw meta ma jkun ġie nnotifikat ebda prezz rappreżentattiv medju lill-Kummissjoni għal ġimgħatejn konsekuttivi.

    F'każijiet fejn, skont l-ewwel subparagrafu, ma japplika ebda valur standard tal-importazzjoni għal prodott partikolari, il-valur standard tal-importazzjoni applikabbli għal dak il-prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur standard medju tal-importazzjoni.

    5.   B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat valur standard tal-importazzjoni, ma għandu japplika ebda valur standard tal-importazzjoni mill-ewwel jum tal-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

    6.   Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-valur standard tal-importazzjoni għandha tkun l-aktar rata riċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-aħħar jum tal-perjodu li għalih jiġu trażmessi l-prezzijiet.

    7.   Il-valuri standard tal-importazzjoni espressi f'euro għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni permezz ta' TARIC (11).

    KAPITOLU VII

    DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI

    Artikolu 39

    Il-ġbir ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali

    1.   Jista' jiġi applikat dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għand japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum tal-iskattar għal dak il-prodott.

    2.   Għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness VII u matul il-perjodi indikati f'dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-volumi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera billi jużaw il-metodu għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    3.   Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jiġi impost fuq il-kwantitajiet impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tal-applikazzjoni ta' dak id-dazju, sakemm:

    (a)

    il-valur doganali tagħhom iddeterminat skont l-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jinvolvi l-applikazzjoni tal-ogħla dazji speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet tal-oriġini inkwistjoni; u

    (b)

    l-importazzjoni ssir matul il-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.

    Artikolu 40

    Ammont tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali

    Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali applikat skont l-Artikolu 39 għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni għall-prodott inkwistjoni.

    Madankollu, għall-prodotti li jibbenifikaw minn preferenza tat-tariffi tal-importazzjoni għad-dazju ad valorem, id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifiku għall-prodott inkwistjoni fejn japplika l-Artikolu 39(2).

    Artikolu 41

    Eżenzjonijiet mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali

    1.   L-oġġetti li ġejjin huma eżentati mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali:

    (a)

    oġġetti importati skont kwota tariffarja;

    (b)

    oġġetti li telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-deċiżjoni sabiex jiġi applikat id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali u li qegħdin jiġu ttrasportati taħt il-kopertura ta' dokument tat-trasport validu mill-post tat-tagħbija fil-pajjiż tal-oriġini sal-post tal-ħatt fl-Unjoni, li tfasslet qabel l-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.

    2.   Il-partijiet interessati għandhom jipprovdu evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b) ġew issodisfati.

    L-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li l-oġġetti telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-data tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali, jekk jiġi pprovdut wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

    (a)

    għat-trasport bil-baħar, il-polza ta' kargu li turi li t-tagħbija seħħet qabel dik id-data;

    (b)

    għat-trasport bil-ferrovija, il-polza tal-vjeġġ aċċettata mill-awtoritajiet tal-ferrovija tal-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data;

    (c)

    għat-trasport bit-triq, il-kuntratt tat-trasport bit-triq (CMR) jew dokument ta' tranżitu ieħor maħruġ fil-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data, jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet stipulati f'arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi fil-kuntest tat-tranżitu tal-Unjoni jew tat-tranżitu komuni;

    (d)

    għat-trasport bl-ajru, il-polza tal-vjeġġ bl-ajru li turi li l-linja tal-ajru aċċettat l-oġġetti qabel dik id-data.

    KAPITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 42

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ara paġna 4 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas- 6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255 tat-28.8.2014, p. 59).

    (10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (11)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/customs_tariff/index_en.htm


    ANNESS I

    Struttura u kontenut ta' strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 2

    1.   Tul taż-żmien tal-istrateġija nazzjonali

    Għandu jkun indikat mill-Istat Membru.

    2.   Analiżi tas-sitwazzjoni f'termini tal-punti pożittivi u negattivi u l-potenzjal għall-iżvilupp, l-istrateġija magħżula sabiex dawn jintlaħqu u l-ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    2.1.   Analiżi tas-sitwazzjoni

    Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-frott u l-ħxejjex bl-użu ta' dejta kwantifikata, filwaqt li tenfasizza l-punti pożittivi u negattivi, id-disparitajiet, il-ħtiġijiet u l-lakuni u l-potenzjal għall-iżvilupp abbażi tal-indikaturi bażiċi komuni rilevanti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II u ta' indikaturi addizzjonali oħrajn, jekk applikabbli. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna tal-inqas:

    il-prestazzjonijiet tas-settur tal-frott u l-ħxejjex: il-punti pożittivi u negattivi tas-settur, il-kompetittività u l-potenzjal għall-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

    l-effetti ambjentali (impatti, pressjonijiet u benefiċċji) tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, inklużi xejriet ewlenin.

    2.2.   L-istrateġija magħżula sabiex jintlaħqu l-punti pożittivi u negattivi

    Deskrizzjoni tal-oqsma ewlenin fejn l-intervent huwa mistenni li jġib il-valur miżjud massimu:

    ir-rilevanza tal-objettivi stabbiliti għall-programmi operattivi, tar-riżultati mistennija u kemm dawn jistgħu jinkisbu b'mod realistiku;

    il-koerenza interna tal-istrateġija, l-eżistenza ta' interazzjonijiet li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku u l-kunflitti jew il-kontradizzjonijiet possibbli bejn l-objettivi operattivi tal-azzjonijiet differenti magħżula;

    il-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-azzjonijiet magħżula ma' azzjonijiet nazzjonali jew reġjonali oħrajn, u mal-attivitajiet appoġgjati permezz ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni;

    ir-riżultati u impatt mistennija mqabbla mas-sitwazzjoni bażika u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-objettivi tal-Unjoni.

    2.3.   L-impatt mill-istrateġija nazzjonali preċedenti (fejn applikabbli)

    Deskrizzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-programmi operattivi implimentati fil-passat riċenti.

    3.   L-objettivi tal-programmi operattivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013

    Deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ (lista mhux eżawrjenti), l-objettivi segwiti, il-miri verifikabbli u l-indikaturi li jippermettu l-progress lejn il-kisba tal-objettivi, l-effiċjenza u l-effettività li jridu jiġu vvalutati.

    3.1.   Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi ta' azzjonijiet kollha jew diversi minnhom

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha inklużi fl-istrateġija nazzjonali u fil-qafas nazzjonali jkunu verifikabbli u kontrollabbli. Meta l-valutazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tiżvela li r-rekwiżiti tal-verifikabbiltà u tal-kontrollabbiltà ma jiġux issodisfati, l-azzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jew inkella jitħassru.

    Meta l-appoġġ jingħata fuq il-bażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    L-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji, dispożizzjonijiet u kontrolli sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ ma jkunux appoġġjati wkoll minn strumenti rilevanti oħrajn tal-politika agrikola komuni, b'mod partikolari minn programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni jew minn skemi nazzjonali jew reġjonali oħrajn.

    Salvagwardji effettivi fis-seħħ skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex jipproteġu l-ambjent minn pressjonijiet akbar possibbli li ġejjin minn investimenti appoġġjati taħt il-programmi operattivi u kriterji tal-eliġibbiltà adottati skont l-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament, sabiex jiżguraw li l-investimenti fuq azjendi individwali appoġġjati taħt il-programmi operattivi jirrispettaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-TFUE u fis-seba' programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni.

    3.2.   Tagħrif speċifiku meħtieġ għat-tipi ta' azzjonijiet immirati lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti jew imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (irid jimtela biss għat-tipi ta' azzjonijiet magħżula)

    3.2.1.   Akkwist ta' assi fissi

    tipi ta' investimenti eliġibbli għall-appoġġ,

    forom oħrajn ta' akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju; kera, lokazzjoni,

    dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

    3.2.2.   Azzjonijiet oħrajn

    deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

    dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

    4.   Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi responsabbli

    Ħatra mill-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

    5.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

    L-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti mill-istrateġija nazzjonali għandhom jinkludu l-indikaturi komuni tal-prestazzjoni previsti fl-Artikolu 4 u elenkati fl-Anness II. Fejn ikun meqjus bħala xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika indikaturi addizzjonali li jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet reġjonali jew nazzjonali, il-kundizzjonijiet u l-objettivi speċifiċi għall-programmi operattivi nazzjonali.

    5.1.   Valutazzjoni tal-programmi operattivi u tal-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 36(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-programmi operattivi, inklużi l-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    5.2.   Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali

    Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali.


    ANNESS II

    Lista ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(1)(a) u 21(3)(a) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891

    Is-sistema ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni marbuta ma' azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom taħt programm operattiv mhux bilfors taqbad il-fatturi kollha li jistgħu jintervjenu u jaffettwaw l-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' programm operattiv. F'dan il-kuntest, it-tagħrif ipprovdut mill-indikaturi komuni tal-prestazzjoni għandu jkun interpretat fid-dawl tat-tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv li jirrigwardja l-fatturi ewlenin l-oħrajn li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm.

    1.   INDIKATURI KOMUNI LI JIRRIGWARDJAW L-EŻEKUZZJONI FINANZJARJA (INDIKATURI TAL-INPUT) (ANNWALI)

    Miżura

    Tip ta' azzjoni

    Indikaturi tal-input (annwali)

    Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoniForom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet)

    (d)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Riċerka u produzzjoni sperimentali

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

    Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta:

    (a)

    Produzzjoni organika

    (b)

    Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara

    (c)

    Kwistjonijiet ambjentali oħrajn

    (d)

    Traċċabbiltà

    (e)

    Kwalità tal-prodott, inkluż residwi ta' pestiċidi

    (f)

    Kwistjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

    (a)

    Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

    (b)

    Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi;

    (c)

    Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għal prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi;

    (d)

    Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

    (e)

    Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru;

    (f)

    Irtirar mis-suq

    (g)

    Ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad ta' frott u ħxejjex;

    (h)

    Assigurazzjoni tal-ħsad;

    Infiq (EUR)

    Azzjonijiet ambjentali

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Produzzjoni organika

    (d)

    Produzzjoni integrata

    (e)

    Użu jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

    (f)

    Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija)

    (g)

    Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir)

    (h)

    Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

    (i)

    Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu

    (j)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    Azzjonijiet oħrajn

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Infiq (EUR)

    2.   INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

    Miżura

    Tip ta' azzjoni

    Indikaturi tal-output (annwali)

    Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (c)

    Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet)

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1)

    (d)

    Azzjonijiet oħrajn

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Riċerka u produzzjoni sperimentali

     

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

    Għadd ta' proġetti

    Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

    Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta:

    (a)

    Produzzjoni organika

    (b)

    Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara

    (c)

    Kwistjonijiet ambjentali oħrajn

    (d)

    Traċċabbiltà

    (e)

    Kwalità tal-prodott, inklużi residwi ta' pestiċidi

    (f)

    Kwistjonijiet oħrajn

    Għadd ta' jiem ta' taħriġ li jirċievu l-parteċipanti

    Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

    (a)

    Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi;

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

    (c)

    Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi;

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1)

    (d)

    Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (4)

    (e)

    Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru;

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (f)

    Irtirar mis-suq

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (2)

    (g)

    Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad;

    Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (3)

    (h)

    Assigurazzjoni tal-ħsad

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Azzjonijiet ambjentali

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi (5)

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (6)

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (c)

    Produzzjoni organika

    (d)

    Produzzjoni integrata

    (e)

    Użu u/jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

    (f)

    Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija)

    (g)

    Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir)

    (h)

    Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija u/jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

    (i)

    Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu

    (j)

    Azzjonijiet oħrajn

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Għadd ta' ettari kkonċernati

    Azzjonijiet oħrajn

    (a)

    Investimenti f'assi fiżiċi

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    Valur totali ta' investimenti (EUR)

    (b)

    Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    (c)

    Azzjonijiet oħrajn

    Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

    3.   INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

    Miżura

    Indikaturi tar-riżultati (Kejl)

    Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

    Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

    Bidla fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (tunnellati) (7)

    Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

    Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

    Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

    Numru ta' nies li spiċċaw b'suċċess l-attività/programm ta' taħriġ komplut Numru ta' azjendi li għandhom aċċess għal servizzi ta' konsulenza

    Mizuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

     

    (a)

    Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti

    Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-ġestjoni tal-volumi (tunnellati)

    (b)

    Azzjonijiet ta' taħriġ

    Għadd ta' nies li temmew l-attività/programm ta' taħriġ sħiħ b'suċċess

    (c)

    Promozzjoni u komunikazzjoni

    Bidla stmata fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal prodotti soġġetti għall-attivitajiet ta' promozzjoni/komunikazzjoni (tunnellati)

    (d)

    Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi

    Valur totali tal-fond mutwu stabbilit (EUR)

    (e)

    Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru

    Erja totali kkonċernata mit-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna (ettari)

    (f)

    Irtirar mis-suq

    Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-irtirar (tunnellati)

    (g)

    Il-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad

    Erja totali kkonċernata minn ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad (ettari)

    (h)

    Assigurazzjoni tal-ħsad

    Valur totali tar-riskju assigurat (EUR)

    Azzjonijiet ambjentali

    Bidla stmata fil-konsum annwali ta' fertilizzant minerali għal kull ettaru, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati/ettaru)

    Bidla stmata fl-użu annwali ta' ilma/ettaru (m3/ettaru)

    Bidla stmata fl-użu annwali ta' enerġija skont it-tip ta' sors ta' energija jew it-tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata)

    Bidla stmata fil-volum annwali ta' skart iġġenerat (tunnellati)

    Azzjonijiet oħrajn

    Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati)

    Bidla fil-valur ta' unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

    Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

    4.   INDIKATURI KOMUNI TAL-IMPATT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

    Miżura

    Objettivi ġenerali

    Indikaturi tal-impatt (Kejl)

    Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

    Titjib fil-kompetittività

    Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija tal-organizzazzjoni tal-produtturi

    Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR)

    Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (8) tal-organizzazzjoni tal-produtturi (OP)/tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi (AOP) ikkoncernata (l-għadd)

    Bidla fl-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

    Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

    Riċerka u produzzjoni sperimentali

    Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

    Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

    Azzjonijiet ambjentali

    Iż-żamma u l-ħarsien tal-ambjent:

     

    (a)

    Il-kwalità tal-ilma

    Bidla stmata fil-konsum totali ta' fertilizzant minerali, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati)

    (b)

    L-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma

    Bidla stmata fl-użu totali tal-ilma (m3)

    (c)

    Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

    Bidla stmata fl-użu totali ta' enerġija, skont it-tip ta' sors ta' enerġija jew tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh)

    Azzjonijiet oħrajn

    Titjib fil-kompetittività

    Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi

    Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata(EUR)

    Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (8) tal-OP/AOP ikkoncernata (l-għadd)

    Bidla fl-erja totali taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

    Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

    5.   INDIKATURI BAŻIĊI KOMUNI

    Nota bene:

    L-indikaturi bażiċi huma meħtieġa fl-analiżi tas-sitwazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. Ċerti indikaturi bażiċi komuni huma rilevanti biss għall-programmi operattivi individwali fil-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi (pereżempju; il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata b'inqas minn 80 % tal-prezz medju rċevut mill-OP/AOP). Indikaturi bażiċi komuni oħrajn huma wkoll rilevanti għall-istrateġiji nazzjonali fil-livell tal-Istati Membri (pereżempju; il-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata).

    Bħala regola ġenerali, l-indikaturi bażiċi għandhom ikunu kkalkolati bħala medji ta' tliet snin. Jekk id-dejta ma tkunx disponibbli, għandhom jiġu kkalkolati tal-inqas bid-dejta relatata ma' sena waħda.

    Objettivi

    Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi

    Objettivi ġenerali

    Indikatur

    Definizzjoni (u kejl)

    Titjib fil-kompetittività

    Total tal-valur ta' produzzjoni kkummerċjalizzata

    Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-OP/AOP (EUR)

    Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi

    Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi tal-OP/AOP ikkonċernata

    Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (9) tal-OP/AOP

    Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata

    Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP (ettari)

    Objettivi speċifiċi

     

     

    Promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista

    Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

    Total tal-volum ta' produzzjoni kkummerċjalizzatatal-OP/AOP (tunnellati))

    Promozzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li huma prodotti mill-membri

    L-iżgurar li l-produzzjoni hija aġġustata skont id-domanda f'termini ta' kwalità u kwantità

    Volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (10) skont it-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità”kkonċernati (tunnellati)

    Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

    Valur medju ta' unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

    Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata/Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

    Promozzjoni tal-għarfien u titjib tal-potenzjal uman

    Għadd ta' persuni li pparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ

    Għadd ta' persuni li temmew b'suċċess attività/programm ta' taħriġ matul l-aħħar tliet snin (l-għadd)

     

    Għadd ta' azjendi li jużaw servizzi ta' konsulenza

    Għadd ta' azjendi, membri ta' OP/AOP, li jużaw servizzi ta' konsulenza (l-għadd)

    Objettivi

    Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi

    Indikatur

    Definizzjoni (u kejl)

    Objettivi speċifiċi fil-qasam ambjentali

    Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħamrija

    Erja f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija b'miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija

    Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija (11) fejn huma implimentati miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (ettari)

    Kontribuzzjoni għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ilma

    Erja bi tnaqqis fl-użu/ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti

    Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex soġġetta għal tnaqqis fl-użu jew ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti (ettari)

    Kontribuzzjoni għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma

    Erja b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma

    Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma (ettari)

    Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ

    Produzzjoni organika

    Erja taħt il-produzzjoni organika ta' frott u/jew ħxejjex (ettari)

    Produzzjoni integrata

    Erja taħt il-produzzjoni integrata ta' frott u/jew ħxejjex (ettari)

    Azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ

    Erja kkonċernata minn azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat, tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ (ettari)

    Kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

    Tisħin tas-serer — effiċjenza enerġetika

    Konsum annwali stmat tal-enerġija għal finijiet ta' tisħin tas-serer skont it-tip ta' sors ta' enerġija (Tunnellati/Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata)

    Tnaqqis tal-volum ta' skart iġġenerat

    Kwantità jew volum ta' skart

    Tunnellati/Litri/m3


    (1)  Kull jum ta' kampanja ta' promozzjoni jgħodd bħala azzjoni waħda.

    (2)  L-irtirar mis-suq tal-istess prodott f'perjodi differenti tas-sena u l-irtirar mis-suq ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Kull operazzjoni ta' rtirar mis-suq għal prodott partikolari tgħodd bħala azzjoni waħda.

    (3)  Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad tal-istess prodott jgħoddu bħala azzjoni waħda, irrispettivament mill-għadd ta' jiem li jieħdu, l-għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw u l-għadd ta' plottijiet jew ettari kkonċernati.

    (4)  L-azzjonijiet relatati mat-twaqqif ta' fondi mutwi differenti jgħoddu bħala azzjonjiet differenti.

    (5)  Inklużi investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn.

    (6)  Inklużi forom oħrajn ta' akkwisti ta' assi fissi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn.

    (7)  Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. Huwa propost li t-tipi ewelenin ta' “skemi ta' kwalità” jkopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (ċ) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

    (8)  Membri attivi huma membri li jikkonsenjaw prodotti lill-OP/AOP.

    (9)  Membri attivi huma membri li jikkonsejnaw prodotti lill-OP/AOP.

    (10)  Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. It-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità” għandhom ikopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (c) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

    (11)  “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe art imżerżqa b'inklinazzjoni ta' aktar minn 10 %, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri. Fejn it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, Stat Membru jista' minflok juża d-definizzjoni li ġejja: “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe biċċa art fejn it-telf tal-ħamrija jkun previst b'rata li taqbeż ir-rata tal-formazzjoni naturali tal-ħamrija, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri.


    ANNESS III

    Rekwiżiti minimi għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 15(2)

    1.

    Il-prodotti għandhom ikunu:

    sħaħ,

    f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

    nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

    prattikament ħielsa minn organiżmi ta' ħsara u minn ħsara kkawżata minn organiżmi ta' ħsara,

    ħielsa minn indewwa esterna mhux normali,

    ħielsa minn kwalunkwe togħma u/jew riħa barranija.

    2.

    Il-prodotti jridu jkunu żviluppati u misjurin biżżejjed, b'kunsiderazzjoni tat-tip tagħhom.

    3.

    Il-prodotti jridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà u tat-tip kummerċjali.


    ANNESS IV

    Spejjeż tat-trasport skont id-distribuzzjoni bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 16(1)

    Distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna

    Spejjeż tat-trasport (EUR/t) (1)

    Inqas minn jew ugwali għal 25 km

    18,20

    Aktar minn 25 km iżda inqas minn jew ugwali għal 200 km

    41,40

    Aktar minn 200 km iżda inqas minn jew ugwali għal 350 km

    54,30

    Aktar minn 350 km iżda inqas minn jew ugwali għal 500 km

    72,60

    Aktar minn 500 km iżda inqas minn jew ugwali għal 750 km

    95,30

    Aktar minn 750 km

    108,30


    (1)  Suppliment għat-trasport imkessaħ: EUR 8,50/t.


    ANNESS V

    Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar imsemmija fl-Artikolu 17(1)

    Prodott

    Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar (EUR/t)

    Tuffieħ

    187,70

    Lanġas

    159,60

    Larinġ

    240,80

    Klementini

    296,60

    Ħawħ

    175,10

    Nuċiprisk

    205,80

    Dulliegħ

    167,00

    Pastard

    169,10

    Prodotti oħrajn

    201,10


    ANNESS VI

    Dikjarazzjoni għall-imballaġġ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 17(2)

    Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент за изпълнение (ЕC) 2017/…)

    Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento de ejecución (UE) 2017/…]

    Produkt určený k bezplatné distribuci [prováděcí nařízení (EU) 2017/…]

    Produkt til gratis uddeling (gennemførelsesforordning (EU) 2017/…)

    Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Durchführungsverordnung (EU) 2017/…)

    Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [rakendusmäärus (EL) 2017/…]

    Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2017/…]

    Prodott għal distribuzzjoni bla ħlas (Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/…)

    Produit destiné à la distribution gratuite [règlement d'exécution (UE) 2017/…]

    Proizvod za slobodnu distribuciju (Provedbena uredba (EU) 2017/… )

    Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento di esecuzione (UE) 2017/…]

    Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Īstenošanas regula (ES) 2017/…]

    Nemokamai platinamas produktas [Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2017/…]

    Ingyenes szétosztásra szánt termék ((EU) 2017/… végrehajtási rendelet)

    Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2017/…]

    Voor gratis uitreiking bestemd product (Uitvoeringsverordening (EU) 2017/…)

    Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2017/…]

    Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento de execução (UE) 2017/…]

    Produs destinat distribuirii gratuite [Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2017/…]

    Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [vykonávacie nariadenie (EÚ) 2017/…]

    Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Izvedbena uredba (EU) 2017/…]

    Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (täytäntöönpanoasetus (EU) 2017/…)

    Produkt för gratisutdelning (genomförandeförordning (EU) 2017/…)


    ANNESS VII

    Prodotti u perjodi għall-applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39

    Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Numru tal-ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodu tal-applikazzjoni

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

    78.0020

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

    78.0075

    Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

    78.0085

    0709 91 00

    Qaqoċċ

    Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

    78.0100

    0709 93 10

    Zukkini

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

    78.0120

    0805 20 10

    Klementini

    Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

    78.0130

    0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90

    Mandolin (inklużi tanġerini u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

    Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

    78.0160

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

    78.0180

    Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

    78.0220

    0808 30 90

    Lanġas

    Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

    78.0235

    Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

    78.0265

    0809 29 00

    Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

    Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

    Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    78.0280

    0809 40 05

    Għajnbaqar

    Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru


    Top