Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0118

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/118 tal-5 ta' Settembru 2016 li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana

C/2016/5549

ĠU L 19, 25.1.2017, pp. 10–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/07/2026

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/118/oj

25.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/10


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/118

tal-5 ta' Settembru 2016

li jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu adottati l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd li jkunu meħtieġa biex tinżamm konformità mal-obbligi tas-sajd skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, fost dawn, l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) u l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa għaż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta' ħabitats naturali u l-ispeċijiet preżenti fis-siti. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex, fiż-żoni speċjali ta' konservazzjoni, jevitaw id-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet kif ukoll jevitaw id-disturbi sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati ż-żoni.

(3)

Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jadottaw programmi ta' miżuri, li jinkludu miżuri ta' protezzjoni spazjali li jikkontribwixxu għal netwerks koerenti u rappreżentattivi ta' żoni marini protetti, u jkopru b'mod adegwat id-diversità tal-ekosistemi kostitwenti, bħal żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, ta' żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva dwar l-Għasafar (4), u ta' żoni marittimi protetti kif miftiehma mill-Komunità jew mill-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu partijiet.

(4)

Id-Danimarka kienet tal-fehma li, għall-finijiet ta' konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, kien hemm bżonn li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni f'ċerti żoni taħt is-sovranità tagħha f'Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana. Jekk il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd meħtieġa jaffettwaw is-sajd ta' Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw dawn il-miżuri f'rakkomandazzjonijiet konġunti lill-Kummissjoni.

(5)

Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd li se jiġi affettwat mit-tali miżuri. B'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-Danimarka pprovdiet lill-Ġermanja bl-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri meħtieġa, u bir-raġunijiet għalihom, bl-evidenza xjentifika li ssostnihom u bid-dettalji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom fil-prattika.

(6)

Fit-13 ta' Marzu 2015, wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja lill-Kummissjoni ppreżentawlha żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti għall-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd biex jipproteġu strutturi ta' skolji fi tliet siti tan-Natura 2000 tad-Danimarka f'Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana u seba' siti fil-Baltiku. Jinvolvu l-projbizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd bl-irkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ mobbli fiż-żoni tal-iskoll (tip ta' ħabitat 1170) u l-projbizzjoni ta' kull attività tas-sajd fiż-żoni tal-iskoll tal-bżieżaq (tat-tip ta' ħabitat 1180).

(7)

Fil-parir xjentifiku tiegħu tas-17 ta' April 2015, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (5) iddikjara li l-għanijiet ta' konservazzjoni fiż-Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni msemmijin fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ma jistgħux jintlaħqu bis-sħiħ mingħajr miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' attività tas-sajd f'dawn iż-żoni.

(8)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd identifika ċertu tħassib dwar il-kontroll u l-infurzar tal-miżuri ta' konservazzjoni u wera l-fehma li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri ta' kontroll addizzjonali. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (6). L-Istati Membri jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw miżuri xierqa, jallokaw ir-riżorsi adegwati u jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa għall-iżgurar tal-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tal-attivitajiet li jitwettqu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (PKS). Dawn jistgħu jinkludu miżuri bħar-rekwiżit li l-pożizzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) jingħataw b'aktar frekwenza minn kull bastiment ikkonċernat, jew iż-żoni b'riskju għoli jiġu identifikati fis-sistema ta' kontroll nazzjonali fuq il-bażi ta' mmaniġġjar tar-riskji, sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(9)

Fil-25 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1778 (7) biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni taż-żoni tal-iskoll rilevanti fil-Baħar Baltiku u fil-Kattegat.

(10)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1778 ippreveda l-projbizzjoni tas-sajd bi rkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ mobbli fiż-żoni tal-iskoll rilevanti fil-Baħar Baltiku u fil-Kattegat, peress li dan it-tip ta' sajd għandu impatt negattiv fuq il-ħabitats tal-iskoll u jaffettwa kemm l-istrutturi tal-iskoll kif ukoll il-bijodiversità li tinsab fl-iskolji.

(11)

Barra minn hekk, dak ir-Regolament ipprojbixxa kull attività tas-sajd fiż-żoni rilevanti tal-iskolji tal-bżieżaq fil-Kattegat peress li l-iskolji tal-bżieżaq huma strutturi partikolarment fraġli u kull impatt fiżiku huwa theddida għall-istatus ta' konservazzjoni tagħhom.

(12)

Kien jixraq li tiġi żgurata l-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti minn dak ir-Regolament, b'mod partikolari rigward il-kontroll tal-konformità mal-projbizzjonijiet fuq is-sajd.

(13)

Illum l-Iżvezja hija tal-fehma li, għall-fini ta' konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni f'ċerti żoni taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħha fi Skagerrak, fil-Baħar tat-Tramuntana.

(14)

Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd li se jiġi affettwat mit-tali miżuri. B'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Iżvezja pprovdiet l-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri meħtieġa, inklużi r-raġunijiet għalihom, l-evidenza xjentifika li ssostnihom u d-dettalji dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom fil-prattika lid-Danimarka u lill-Ġermanja.

(15)

Fl-10 ta' Ġunju 2016, wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv dwar il-Baħar tat-Tramuntana, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja lill-Kummissjoni ppreżentawlha rakkomandazzjoni konġunta oħra għall-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd sabiex jipproteġu l-istrutturi tal-iskoll, il-ħofriet f'qiegħ il-baħar u l-komunitajiet tal-pjumi tal-baħar u tal-megafawna li jħaffru fiż-żona ta' Bratten li tinsab fi Skagerrak. Il-miżuri jipprojbixxu l-attivitajiet tas-sajd f'għadd ta' żoni.

(16)

Fi Bratten, jeħtieġ li tiġi pprojbita kull attività tas-sajd fiż-żoni tal-iskoll rilevanti, minħabba li l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd u tas-sajd pelaġiku minimu huma aktar diffiċli.

(17)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed kontroll tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona marittima protetta ta' Bratten, il-bastimenti kollha tas-sajd għandhom ikunu mgħammrin b'sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) u għandhom iżommuha operattiva meta jkunu fi Bratten, sabiex b'hekk tinħoloq żona ta' twissija madwar iż-żoni magħluqin.

(18)

Fil-pariri xjentifiċi tiegħu tat-8 ta' Lulju 2016, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (8) jiddikjara li l-għanijiet ta' konservazzjoni proposti fiż-żona protetta tal-baħar ta' Bratten, fejn hemm l-iskolji, il-ħofriet f'qiegħ il-baħar u l-ispeċijiet mheddin, ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ mingħajr ma jittieħdu miżuri xierqa biex titwaqqaf kull attività tas-sajd fiż-żoni.

(19)

Madankollu, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd josserva li l-limiti proposti taż-żoni protetti jinsabu ferm qrib l-iskolji u ma jkoprux żona ta' lqugħ iddefinita skont il-Linji Gwida tal-ICES. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-sajd huwa tal-fehma li ż-żoni ta' lqugħ huma siewja għal skopijiet ta' konservazzjoni u kontrollabbiltà, filwaqt li l-kurituri ddefiniti fil-proposti jidhru li huma żgħar ħafna. Barra minn hekk, hemm biss ftit ħabitats sensittivi fiż-żona 14, li l-għeluq tagħha, approvat mill-partijiet ikkonċernati kollha, huwa ġġustifikat primarjament minn approċċ prekawzjonali sabiex tiġi evitata żieda fil-pressjoni tas-sajd fuq il-qigħan tal-baħar fond fil-ġejjieni.

(20)

Wara r-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ppreżentata fl-10 ta' Ġunju 2016, jixraq li jiġi revokat ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1778 u li l-miżuri ta' konservazzjoni rilevanti jitqassmu skont il-baċir tal-baħar f'żewġ strumenti legali differenti.

(21)

Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-Baħar tat-Tramuntana u jinvolvi l-miżuri ta' konservazzjoni li bħalissa huma applikabbli fil-Kattegat u dawk issuġġeriti għaż-żona ta' Bratten fir-rakkomandazzjoni konġunta tal-10 ta' Ġunju 2016.

(22)

Il-miżuri ta' konservazzjoni li bħalissa huma applikabbli fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu inklużi f'Regolament separat ġdid.

(23)

Il-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd stabbiliti minn dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għal kull miżura eżistenti jew futura oħra ta' ġestjoni bil-mira li jiġu kkonservati s-siti kkonċernati, inklużi l-miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri ta' konservazzjoni fis-sajd meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE.

2.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin (9):

(a)

“irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ” tfisser kwalunkwe wieħed mill-irkapti li ġejjin: xibka tat-tkarkir tal-qiegħ, xibka tat-tkarkir bi travu, għażel tat-tkarkir tal-qiegħ, għażel tat-tkarkir tewmi, xibka tat-tkarkir għall-awwisti, xibka tat-tkarkir għall-gambli, tartarun, tartarun Daniż, tartarun Skoċċiż, tartarun ta' barra jew bastiment bit-tartarun u bil-gangmu;

(b)

“Żoni 1” tfisser iż-żoni ġeografiċi magħluqin bil-ġonġiment sekwenzjali tal-linji rombu fil-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84;

(c)

“Żoni 2” tfisser iż-żoni ġeografiċi magħluqin b'ġonġiment sekwenzjali tal-linji rombu fil-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84.

(d)

“Bratten” tfisser iż-żona ġeografika magħluqa b'ġonġiment sekwenzjali tal-linji rombu fil-pożizzjonijiet elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84.

(e)

“L-Istati Membri kkonċernati” tfisser id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja.

Artikolu 3

Projbizzjoni tas-sajd

1.   Għandu jkun ipprojbit li titwettaq ebda attività tas-sajd b'irkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ fiż-Żoni 1. Il-bastimenti tas-sajd li abbord ikollhom xi rkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żoni 1 bi kwalunkwe rkaptu apparti dak l-irkaptu dment li l-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ ikun marbut u stivat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Għandu jkun ipprojbit li titwettaq ebda attività tas-sajd fiż-Żoni 2.

Artikolu 4

Tranżitu

1.   Il-bastimenti tas-sajd li abbord ikollhom xi rkaptu ta' kuntatt mal-qiegħ jistgħu jagħmlu tranżitu fiż-Żoni 1 dment li l-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ ikun marbut u stivat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Il-bastimenti tas-sajd jistgħu jagħmlu tranżitu fiż-Żoni 2 dment li kull irkaptu abbord ikun marbut u stivat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 5

Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni

Il-bastimenti kollha tas-sajd preżenti fi Bratten għandhom ikunu mgħammrin b'sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) li tilħaq l-istandards tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u din is-sistema għandha tinżamm operattiva.

Artikolu 6

Evalwazzjoni

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3 u 4 sat-30 ta' Ġunju 2017, inkluż il-kontroll tal-konformità mal-projbizzjonijiet fuq is-sajd applikabbli:

(a)

fiż-Żoni 1 u

(b)

fiż-Żoni 2 li ġejjin:

(i)

iż-żona tal-iskolji tal-bżieżaq ta' Herthas Flak u

(ii)

iż-żona tal-iskolji tal-bżieżaq ta' Læsø Trindel u Tønneberg Banke

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw rapport sommarju tal-evalwazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2017.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(3)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(4)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(5)  http://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/991908/STECF-PLEN-15-01_JRCxxx.pdf

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1)

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1778 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd għall-protezzjoni ta' żoni bi strutturi ta' skollijiet f'ilmijiet taħt is-sovranità tad-Danimarka fil-Baħar Baltiku u l-Kattegat (ĠU L 259, 6.10.2015, p. 5).

(8)  https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1471816/2016-07_STECF+PLEN+16-02_JRCxxx.pdf

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).


ANNESS I

Koordinati taż-Żona 1

1.   Herthas Flak

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

57°39.422′

10°49.118′

2S

57°39.508′

10°49.602′

3S

57°39.476′

10°49.672′

4S

57°39.680′

10°50.132′

5S

57°39.312′

10°50.813′

6S

57°39.301′

10°51.290′

7S

57°38.793′

10°52.365′

8S

57°38.334′

10°53.201′

9S

57°38.150′

10°52.931′

10S

57°38.253′

10°52.640′

11S

57°37.897′

10°51.936′

12S

57°38.284′

10°51.115′

13S

57°38.253′

10°50.952′

14S

57°38.631′

10°50.129′

15S

57°39.142′

10°49.201′

16S

57°39.301′

10°49.052′

17S

57°39.422′

10°49.118′

2.   Læsø Trindel u Tønneberg Banke

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

57°25.045′

11°06.757′

2S

57°26.362′

11°06.858′

3S

57°27.224′

11°09.239′

4S

57°26.934′

11°10.026′

5S

57°27.611′

11°10.938′

6S

57°28.053′

11°11.000′

7S

57°28.184′

11°11.547′

8S

57°28.064′

11°11.808′

9S

57°28.843′

11°13.844′

10S

57°29.158′

11°15.252′

11S

57°29.164′

11°16.861′

12S

57°29.017′

11°17.266′

13S

57°29.080′

11°17.597′

14S

57°28.729′

11°18.494′

15S

57°28.486′

11°18.037′

16S

57°28.258′

11°18.269′

17S

57°27.950′

11°18.239′

18S

57°27.686′

11°18.665′

19S

57°27.577′

11°18.691′

20S

57°27.525′

11°18.808′

21S

57°27.452′

11°18.837′

22S

57°27.359′

11°18.818′

23S

57°26.793′

11°17.929′

24S

57°27.984′

11°15.500′

25S

57°27.676′

11°14.758′

26S

57°25.998′

11°17.309′

27S

57°25.946′

11°17.488′

28S

57°26.028′

11°17.555′

29S

57°26.060′

11°17.819′

30S

57°26.011′

11°18.360′

31S

57°25.874′

11°18.666′

32S

57°25.683′

11°18.646′

33S

57°25.417′

11°18.524′

34S

57°25.377′

11°18.408′

35S

57°25.330′

11°18.039′

36S

57°25.175′

11°17.481′

37S

57°24.928′

11°17.579′

38S

57°24.828′

11°17.366′

39S

57°24.891′

11°17.049′

40S

57°25.128′

11°17.118′

41S

57°25.249′

11°16.721′

42S

57°25.211′

11°16.592′

43S

57°25.265′

11°16.162′

44S

57°25.170′

11°15.843′

45S

57°25.245′

11°15.562′

46S

57°25.208′

11°15.435′

47S

57°25.278′

11°15.083′

48S

57°25.462′

11°15.059′

49S

57°25.517′

11°15.007′

50S

57°25.441′

11°14.613′

51S

57°25.610′

11°14.340′

52S

57°25.630′

11°14.119′

53S

57°25.629′

11°13.827′

54S

57°25.738′

11°13.658′

55S

57°25.610′

11°13.392′

56S

57°25.625′

11°13.176′

57S

57°25.933′

11°12.379′

58S

57°25.846′

11°11.959′

59S

57°25.482′

11°12.956′

60S

57°25.389′

11°13.083′

61S

57°25.221′

11°13.212′

62S

57°25.134′

11°13.221′

63S

57°25.031′

11°13.077′

64S

57°25.075′

11°12.751′

65S

57°24.817′

11°12.907′

66S

57°24.747′

11°12.862′

67S

57°24.616′

11°13.229′

68S

57°24.549′

11°13.240′

69S

57°24.347′

11°13.093′

70S

57°24.256′

11°13.288′

71S

57°24.145′

11°13.306′

72S

57°24.051′

11°13.138′

73S

57°23.818′

11°13.360′

74S

57°23.649′

11°13.280′

75S

57°23.553′

11°13.260′

76S

57°23.432′

11°13.088′

77S

57°23.416′

11°12.861′

78S

57°23.984′

11°09.081′

79S

57°25.045′

11°06.757′

3.   Lysegrund

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1S

56°19.367′

11°46.017′

2S

56°18.794′

11°48.153′

3S

56°17.625′

11°48.541′

4S

56°17.424′

11°48.117′

5S

56°17.864′

11°47.554′

6S

56°17.828′

11°47.265′

7S

56°17.552′

11°47.523′

8S

56°17.316′

11°47.305′

9S

56°17.134′

11°47.260′

10S

56°16.787′

11°46.753′

11S

56°16.462′

11°46.085′

12S

56°16.455′

11°43.620′

13S

56°17.354′

11°42.671′

14S

56°18.492′

11°42.689′

15S

56°18.950′

11°41.823′

16S

56°19.263′

11°41.870′

17S

56°19.802′

11°40.939′

18S

56°19.989′

11°41.516′

19S

56°18.967′

11°43.600′

20S

56°19.460′

11°44.951′

21S

56°19.367′

11°46.017′


ANNESS II

Koordinati taż-Żoni 2

1.   iż-żona tal-qrolli tal-bżieżaq ta' Herthas Flak

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1B

57°38.334′

10°53.201′

2B

57°38.15′

10°52.931′

3B

57°38.253′

10°52.64′

4B

57°38.237′

10°52.15′

5B

57°38.32′

10°51.974′

6B

57°38.632′

10°51.82′

7B

57°38.839′

10°52.261′

8B

57°38.794′

10°52.36′

9B

57°38.334′

10°53.201′

2.   iż-żona tal-qrolli tal-bżieżaq ta' Læsø Trindel u Tønneberg Banke

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

1B

57°27.496′

11°15.033′

2B

57°25.988′

11°17.323′

3B

57°25.946′

11°17.488′

4B

57°25.417′

11°18.524′

5B

57°25.377′

11°18.408′

6B

57°25.346′

11°18.172′

7B

57°25.330′

11°18.039′

8B

57°25.175′

11°17.481′

9B

57°24.928′

11°17.579′

10B

57°24.828′

11°17.366′

11B

57°24.891′

11°17.049′

12B

57°25.128′

11°17.118′

13B

57°25.249′

11°16.721′

14B

57°25.211′

11°16.592′

15B

57°25.263′

11°16.177′

16B

57°25.170′

11°15.843′

17B

57°25.240′

11°15.549′

18B

57°26.861′

11°15.517′

19B

57°26.883′

11°14.998′

20B

57°27.496′

11°15.033′

3.   BRATTEN 1

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

1.1

58.54797

10.61234

58°32.87790′

10°36.74060′

1.2

58.54242

10.59708

58°32.54500′

10°35.82450′

1.3

58.57086

10.57829

58°34.25170′

10°34.69750′

1.4

58.57113

10.58584

58°34.26810′

10°35.15060′

4.   BRATTEN 2

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

2.1

58.58333

10.70000

58°35.00000′

10°42.00000′

2.2

58.56370

10.70000

58°33.82200′

10°42.00000′

2.3

58.56834

10.68500

58°34.10000′

10°41.10000′

2.4

58.58333

10.67333

58°35.00000′

10°40.40000′

5.   BRATTEN 3

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

3.1

58.55448

10.66622

58°33.26910′

10°39.97320′

3.2

58.53817

10.65876

58°32.29020′

10°39.52570′

3.3

58.56064

10.62589

58°33.63840′

10°37.55310′

3.4

58.58333

10.60196

58°35.00000′

10°36.11730′

3.5

58.58333

10.64007

58°35.00000′

10°38.40390′

6.   BRATTEN 4

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

4.1

58.41829

10.56322

58°25.09750′

10°33.79350′

4.2

58.44104

10.54711

58°26.46240′

10°32.82670′

4.3

58.46111

10.53893

58°27.66680′

10°32.33610′

4.4

58.49248

10.55864

58°29.54890′

10°33.51860′

4.5

58.47846

10.58575

58°28.70790′

10°35.14500′

4.6

58.45570

10.60806

58°27.34200′

10°36.48350′

4.7

58.42942

10.58963

58°25.76550′

10°35.37770′

7.   BRATTEN 5

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

5.1

58.46216

10.62166

58°27.72940′

10°37.29940′

5.2

58.48256

10.59473

58°28.95350′

10°35.68400′

5.3

58.50248

10.58245

58°30.14850′

10°34.94690′

5.4

58.50213

10.61104

58°30.12770′

10°36.66250′

5.5

58.47972

10.63392

58°28.78320′

10°38.03540′

8.   BRATTEN 6

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

6.1

58.45450

10.49373

58°27.26970′

10°29.62370′

6.2

58.46727

10.47881

58°28.03640′

10°28.72850′

6.3

58.48976

10.46582

58°29.38550′

10°27.94900′

6.4

58.49126

10.47395

58°29.47550′

10°28.43730′

6.5

58.47369

10.50004

58°28.42150′

10°30.00260′

6.6

58.45435

10.49995

58°27.26080′

10°29.99710′

9.   BRATTEN 7A

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

7 A.1

58.42132

10.53168

58°25.27900′

10°31.90080′

7 A.2

58.41075

10.51853

58°24.64520′

10°31.11190′

7 A.3

58.41982

10.50999

58°25.18910′

10°30.59960′

7 A.4

58.44487

10.51291

58°26.69240′

10°30.77450′

7 A.5

58.45257

10.52057

58°27.15410′

10°31.23410′

7 A.6

58.44918

10.52936

58°26.95050′

10°31.76140′

7 A.7

58.42423

10.52271

58°25.45370′

10°31.36260′

10.   BRATTEN 7B

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

7B.1

58.38556

10.51815

58°23.13340′

10°31.08930′

7B.2

58.39907

10.50486

58°23.94410′

10°30.29150′

7B.3

58.41075

10.51853

58°24.64520′

10°31.11190′

7B.4

58.42132

10.53168

58°25.27900′

10°31.90080′

7B.5

58.41613

10.54764

58°24.96810′

10°32.85830′

7B.6

58.38776

10.53394

58°23.26560′

10°32.03650′

11.   BRATTEN 7C

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

7C.1

58.32839

10.44780

58°19.70320′

10°26.86790′

7C.2

58.33196

10.43976

58°19.91750′

10°26.38560′

7C.3

58.34390

10.44579

58°20.63390′

10°26.74760′

7C.4

58.36412

10.46309

58°21.84690′

10°27.78530′

7C.5

58.39907

10.50486

58°23.94410′

10°30.29150′

7C.6

58.38556

10.51815

58°23.13340′

10°31.08930′

7C.7

58.38172

10.50243

58°22.90310′

10°30.14580′

7C.8

58.34934

10.46503

58°20.96020′

10°27.90180′

7C.9

58.33436

10.45233

58°20.06130′

10°27.13950′

12.   BRATTEN 7D

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

7D.1

58.32839

10.44780

58°19.70320′

10°26.86790′

7D.2

58.30802

10.43235

58°18.48120′

10°25.94100′

7D.3

58.31273

10.42636

58°18.76400′

10°25.58170′

7D.4

58.32300

10.43560

58°19.38030′

10°26.13580′

7D.5

58.33196

10.43976

58°19.91750′

10°26.38560′

13.   BRATTEN 7E

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

7E.1

58.30802

10.43235

58°18.48120′

10°25.94100′

7E.2

58.30260

10.42276

58°18.15610′

10°25.36540′

7E.3

58.30642

10.41908

58°18.38510′

10°25.14470′

7E.4

58.31273

10.42636

58°18.76400′

10°25.58170′

14.   BRATTEN 8

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

8.1

58.35013

10.56697

58°21.00780′

10°34.01820′

8.2

58.35000

10.54678

58°21.00000′

10°32.80660′

8.3

58.36596

10.54941

58°21.95780′

10°32.96480′

8.4

58.36329

10.56736

58°21.79740′

10°34.04160′

15.   BRATTEN 9A

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

9 A.1

58.28254

10.48633

58°16.95260′

10°29.17970′

9 A.2

58.28185

10.46037

58°16.91100′

10°27.62230′

9 A.3

58.32814

10.47828

58°19.68840′

10°28.69670′

9 A.4

58.32314

10.49764

58°19.38860′

10°29.85840′

16.   BRATTEN 9B

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

9B.1

58.28254

10.49986

58°16.95260′

10°29.99170′

9B.2

58.30184

10.50257

58°18.11030′

10°30.15410′

9B.3

58.30128

10.51117

58°18.07690′

10°30.67040′

9B.4

58.28560

10.51374

58°17.13590′

10°30.82450′

17.   BRATTEN 10

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

10.1

58.40548

10.47122

58°24.32870′

10°28.27330′

10.2

58.39710

10.45111

58°23.82620′

10°27.06670′

10.3

58.41923

10.45140

58°25.15390′

10°27.08390′

10.4

58.43279

10.45575

58°25.96770′

10°27.34510′

10.5

58.41816

10.46972

58°25.08960′

10°28.18310′

18.   BRATTEN 11

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

11.1

58.44546

10.48585

58°26.72760′

10°29.15080′

11.2

58.43201

10.48224

58°25.92060′

10°28.93410′

11.3

58.44293

10.46981

58°26.57590′

10°28.18890′

11.4

58.46009

10.46709

58°27.60540′

10°28.02550′

19.   BRATTEN 12

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

12.1

58.31923

10.39146

58°19.15400′

10°23.48740′

12.2

58.33421

10.41007

58°20.05280′

10°24.60400′

12.3

58.32229

10.41228

58°19.33750′

10°24.73680′

12.4

58.30894

10.39258

58°18.53660′

10°23.55460′

20.   BRATTEN 13

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

13.1

58.53667

10.41500

58°32.20000′

10°24.90020′

13.2

58.55302

10.40684

58°33.18120′

10°24.41050′

13.3

58.55827

10.41840

58°33.49610′

10°25.10420′

13.4

58.54551

10.42903

58°32.73030′

10°25.74190′

21.   BRATTEN 14

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

14.1

58.26667

10.02858

58°16.00000′

10°1.71510′

14.2

58.51269

10.14490

58°30.76120′

10°8.69400′

14.3

58.53608

10.18669

58°32.16510′

10°11.20140′

14.4

58.46886

10.23659

58°28.13140′

10°14.19520′

14.5

58.31137

10.26041

58°18.68210′

10°15.62490′

14.6

58.26667

10.16996

58°16.00000′

10°10.19740′


ANNESS III

Il-koordinati taż-żona marittima protetta ta' Bratten

Punt

Latitudni N

Lonġitudni E

Latitudni N

Lonġitudni E

1 NV

58.58333

10.27120

58°35.00000′

10°16.27200′

2 NO

58.58333

10.70000

58°35.00000′

10°42.00000′

3 SO

58.26667

10.70000

58°16.00000′

10°42.00000′

4 SV

58.26667

10.02860

58°16.00000′

10°1.71600′

5 V

58.5127

10.14490

58°30.76200′

10°8.69400′


Top