This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1811
Commission Implementing Decision (EU) 2016/1811 of 11 October 2016 amending Annex II to Decision 93/52/EEC as regards the recognition of the Province of Brindisi in the Region Puglia of Italy as officially free of brucellosis (B. melitensis) (notified under document C(2016) 6290) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1811 tal-11 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) (notifikata bid-dokument C(2016) 6290) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1811 tal-11 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) (notifikata bid-dokument C(2016) 6290) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/6290
ĠU L 276, 13.10.2016, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993D0052 | Sostituzzjoni | anness II Test | 12/10/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
13.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1811
tal-11 ta' Ottubru 2016
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis)
(notifikata bid-dokument C(2016) 6290)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. |
(2) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (2) telenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE. Il-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/68/KEE jiddefinixxi t-terminu “reġjun” għall-Italja bħala parti minn dak l-Istat Membru li, inter alia, tinkludi minn tal-inqas provinċja waħda. |
(3) |
L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE, biex il-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis). Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Italja, il-Provinċja ta' Brindisi fir-Reġjun tal-Pulja għandha tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis). |
(4) |
Għalhekk, l-annotazzjoni tal-Italja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).
ANNESS
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-annotazzjoni tal-Italja tinbidel b'dan li ġej:
“Fl-Italja:
— |
Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara, |
— |
Il-Provinċja ta' Bolzano, |
— |
Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja, |
— |
Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia, |
— |
Ir-Reġjun tal-Lazjo, |
— |
Ir-Reġjun tal-Liguria, |
— |
Ir-Reġjun tal-Lombardija, |
— |
Ir-Reġjun tal-Marche, |
— |
Ir-Reġjun tal-Moliże, |
— |
Ir-Reġjun tal-Pjemonte, |
— |
Ir-Regjun tal-Pulja: Il-Provinċja ta' Brindisi, |
— |
Ir-Reġjun ta' Sardenja, |
— |
Ir-Reġjun tat-Toskana, |
— |
Il-Provinċja ta' Trento, |
— |
Ir-Reġjun tal-Umbrija, |
— |
Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta, |
— |
Ir-Reġjun tal-Veneto.” |