This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1910
Commission Regulation (EU) 2015/1910 of 21 October 2015 amending Annexes III and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for guazatine in or on certain products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness III Test | 13/11/2015 | |
Modifies | 32005R0396 | Żieda | anness V Test | 13/11/2015 |
24.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1910
tal-21 ta' Ottubru 2015
li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-livelli massimi ta' residwi (MRL) għall-gważatina ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRL eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva gważatina ġew irrevokati. It-tolleranzi tal-importazzjonijiet ma ġewx irrapportati fil-livell tal-Unjoni u lanqas ma kienu disponibbli l-MRL tal-Codex. Ladarba ma kienx hemm tagħrif dwar prattiki agrikoli speċifiċi tajbin li setgħu jintużaw f'valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, l-Awtorità kkonkludiet li valur ta' 0,05 mg/kg jipprovdi livell sodisfaċenti ta' protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej. Għalhekk huwa xieraq li l-MRL jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Huwa xieraq ukoll li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Belġju indika li l-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet (grejpfrut) u fil-larinġ jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. B'mod partikolari, ma setax jiġi eskluż riskju akut għall-konsumaturi, saħansitra permezz ta' valutazzjoni mirquma tar-riskju, li jqis fattur tal-ipproċessar għall-frott taċ-ċitru. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf qiesu li hija deċiżjoni xierqa ta' ġestjoni tar-riskju li l-MRL jitnaqqsu għal livell li jkun intwera li huwa sikur għall-konsumaturi Ewropej. |
(4) |
Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għall-użu tal-gważatina fuq il-frott taċ-ċitru. Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta' evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjoni motivata dwar l-MRL proposti (3). L-Awtorità bagħtet din l-opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni li ma tirrakkomandax li jiġu stabbiliti l-MRL proposti peress li d-dejta disponibbli ma kinitx biżżejjed sabiex jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi Ewropej. |
(5) |
L-applikant talab rieżami amministrattiv tal-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dan ir-rieżami wassal għall-konklużjoni li ma ġew identifikati l-ebda difetti u żbalji sostanzjali ta' valutazzjoni min-naħa tal-Awtorità. |
(6) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li ġew meqjusal-fatturi rilevanti f'dan ir-rigward, il-modifiki xierqa għall-MRL jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Sabiex jippermetti t-tqegħid fis-suq, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRL u li għalihom it-tagħrif juri li qiegħed jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
(9) |
L-arranġament tranżizzjonali previst minn dan ir-Regolament għandu jqis it-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi bl-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet u fil-larinġ. |
(10) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRL modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikunu jistgħu iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRL. |
(11) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRL il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ġew meqjusal-kummenti tagħhom. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-rigward tal-gważatina, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-13 ta' Mejju 2016 ħlief għat-tronġiet u għal-larinġ.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu jibda japplika mit-13 ta' Mejju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for guazatine according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-limiti massimi tar-residwi (MRL) eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2013;11(5):3239. [20 pp.].
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for guazatine in citrus fruits. (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRL eżistenti għall-gważatina fil-frott taċ-ċitru). EFSA Journal 2014;12(8):3818. [29 pp.].
ANNESS
L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness III, il-kolonna għall-gważatina titħassar. |
(2) |
Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-gważatina: “Ir-residwi ta' pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, għandha ssir referenza għall-Anness I.
Gważatina (aċetat tal-gważatina, it-total tal-komponenti)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex mill-għeruq u mit-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|