This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0952
2014/952/EU: Political and Security Committee Decision EUMM Georgia/1/2014 of 19 December 2014 on the appointment of the Head of the European Union Monitoring Mission in Georgia (EUMM Georgia)
2014/952/UE: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUMM Georgia/1/2014 tas- 19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
2014/952/UE: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUMM Georgia/1/2014 tas- 19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
ĠU L 369, 24.12.2014, p. 78–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2015
|
24.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 369/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUMM GEORGIA/1/2014
tas-19 ta' Diċembru 2014
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia)
(2014/952/UE)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorgja (EUMM Georgia), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta' Missjoni. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Settembru 2013, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM Georgia/1/2013 (2) li taħtar lis-Sur Toivo KLAARA, bħala Kap tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2014. |
|
(3) |
Fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/915/PESK (3) biex estenda l-mandat tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2014 sal-14 ta' Diċembru 2016. |
|
(4) |
Fis-16 ta' Diċembru 2014, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kęstutis JANKAUSKAS bħala Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2014 sal-14 ta' Diċembru 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Kęstutis JANKAUSKAS huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) mill-15 ta' Diċembru 2014 sal-14 ta' Diċembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2014
Magħmul fi Brussell, is-19 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43
(2) ĠU L 251, 21.9.2013, p. 12
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 56).