This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0464
Commission Implementing Decision of 15 July 2014 identifying the priorities of the Union for enforcement and control policy in the framework of the European Maritime and Fisheries Fund
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2014 li tidentifika l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta' infurzar u kontroll fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2014 li tidentifika l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta' infurzar u kontroll fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ĠU L 209, 16.7.2014, pp. 59–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32014D0464R(01) | (HU) |
|
16.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/59 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Lulju 2014
li tidentifika l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta' infurzar u kontroll fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(2014/464/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fond Ewropew tas-Sajd Marittimu,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika tal-infurzar u l-kontroll jiġu ddefiniti biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħejju l-programmi operattivi marbutin mal-miżuri ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. |
|
(2) |
L-appoġġ tal-Unjoni għandu jagħti prijorità lill-iżjed azzjonijiet effettivi biex titjieb l-effiċjenza fl-attivitajiet ta' kontroll, filwaqt li titqies il-prestazzjoni tal-Istati Membri biex implimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3). |
|
(3) |
Il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika tal-infurzar u tal-kontroll għandhom jinkludu:
|
|
(4) |
Il-prijoritajiet tal-Unjoni għandhom jiġu applikati b'mod flessibbli, skont il-punti tajbin u l-punti dgħajfin tal-politika ta' infurzar u kontroll f'kull Stat Membru. Jekk Stat Membru jkun diġà indirizza ċerti prijoritajiet, dak l-Istat Membru għandu, fil-prinċipju, jindirizza prijoritajiet oħrajn. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta' infurzar u kontroll jistgħu jiġu emendati kull sentejn permezz ta' atti ta' implimentazzjoni biex jiġu addattati għall-ħtiġijiet tal-kontroll li jevolvu. |
|
(6) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-politika ta' infurzar u kontroll, kif imsemmijin fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni adottati skont l-Artikolu 102(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 biex jitneħħew in-nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iddefiniti skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biex tkun żgurata d-disponibbiltà tal-kapaċità amministrattiva li tikkonforma mal-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' validazzjoni tad-dejta kif imsemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' proġetti li jużaw formati standard komuni jew li jtejbu l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-Istati Membri; |
|
(d) |
il-kontroll u l-infurzar tal-obbligu li l-qabdiet kollha jittellgħu l-art, kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inklużi l-addattamenti marbutin mal-implimentazzjoni ta' dak l-obbligu fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri; |
|
(e) |
il-kontroll u l-infurzar tal-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-qabdiet stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, u |
|
(f) |
l-implimentazzjoni ta' proġetti li l-għan tagħhom huwa ċ-ċertifikazzjoni, il-verifika u l-kejl tas-saħħa tal-muturi; |
|
(g) |
l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(h) |
il-koordinazzjoni tal-kontroll skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005; |
|
(i) |
il-kontroll u l-infurzar tar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà, fosthom is-sistemi ta' tikkettar biex ikun żgurat li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni affidabbli, kif stipulat fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 67(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).