This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0409
Council Implementing Decision 2013/409/CFSP of 30 July 2013 implementing Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
ĠU L 204, 31.7.2013, p. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 204, 31.7.2013, p. 44–45
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011D0072 | Emenda | anness | 31/07/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32013D0409R(01) | (EL) |
31.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/52 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/409/PESK
tat-30 ta’ Lulju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK. |
(2) |
L-entrati għal tliet persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandhom jiġu sostitwiti u għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet għaliex huma elenkati. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
ANNESS
L-entrati għall-persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati li ġejjin:
|
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
1. |
Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI |
Tuneżin, twieled f’Sabha-Libya fis-7 ta’ Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jgħix f’Résidence de l’Étoile du Nord - suite B- is-7 sular - apt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 04524472. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini dwar kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Tuneżina tal-Banek u l-ex-kap uffiċjal eżekuttiv tal-Bank Agrikolu Nazzjonali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni. |
2. |
Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI |
Tuneżin, twieled f’Tuneż fit-2 ta’ Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tan-Nru NIC 04682068. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għax eżerċitat influwenza ħażina fuq detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb li tikseb direttament jew indirettament vantaġġ għal persuna oħra, għall-kompliċità fl-użu ħażin ta’ pożizzjoni minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta’ flus pubbliċi Tuneżini minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali). |
3. |
Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB |
Tuneżin, twieled fit-13 ta’ Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, kap uffiċjal eżekuttiv, jgħix f’rue du Jardin - Sidi Bousaid - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 00400688. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal abbuż tal-influwenza fuq uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb tal-kisba, direttament jew indirettament, ta’ vantaġġi għall-profitt ta’ persuni oħrajn u kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni. |