EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0409

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

OJ L 204, 31.7.2013, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 204, 31.7.2013, p. 44–45 (HR)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/409/oj

31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/409/PESK

tat-30 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK.

(2)

L-entrati għal tliet persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandhom jiġu sostitwiti u għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet għaliex huma elenkati.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.


ANNESS

L-entrati għall-persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati li ġejjin:

 

Ismijiet

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled f’Sabha-Libya fis-7 ta’ Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jgħix f’Résidence de l’Étoile du Nord - suite B- is-7 sular - apt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 04524472.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini dwar kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Tuneżina tal-Banek u l-ex-kap uffiċjal eżekuttiv tal-Bank Agrikolu Nazzjonali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.

2.

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled f’Tuneż fit-2 ta’ Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tan-Nru NIC 04682068.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għax eżerċitat influwenza ħażina fuq detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb li tikseb direttament jew indirettament vantaġġ għal persuna oħra, għall-kompliċità fl-użu ħażin ta’ pożizzjoni minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta’ flus pubbliċi Tuneżini minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali).

3.

Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB

Tuneżin, twieled fit-13 ta’ Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, kap uffiċjal eżekuttiv, jgħix f’rue du Jardin - Sidi Bousaid - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 00400688.

Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal abbuż tal-influwenza fuq uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb tal-kisba, direttament jew indirettament, ta’ vantaġġi għall-profitt ta’ persuni oħrajn u kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni.


Top