This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0253
2013/253/EU: Commission Implementing Decision of 29 May 2013 amending Decision 2006/473/EC as regards the recognition of certain third countries and certain areas of third countries as being free from Xanthomonas campestris (all strains pathogenic to Citrus), Cercospora angolensis Carv. et Mendes and Guignardia citricarpa Kiely (all strains pathogenic to Citrus) (notified under document C(2013) 3057)
2013/253/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill- Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ- Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l- Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (notifikata bid-dokument C(2013) 3057)
2013/253/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill- Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ- Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l- Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (notifikata bid-dokument C(2013) 3057)
ĠU L 145, 31.5.2013, pp. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/01/2018
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 punt B) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 punt B) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt A) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt B) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 punt A) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 punt B) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 punt C) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 punt D) | ||
| Modifies | 32006D0473 | Żieda | artikolu 3.2 punt E) |
|
31.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/35 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2006/473/KE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)
(notifikata bid-dokument C(2013) 3057)
(2013/253/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment il-punti 16.2, 16.3 u 16.4 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/473/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) (2) ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi huma rikonoxxuti bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-Bangladexx bħala ħieles miċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Fuq il-bażi tal-verifika li twettqet fil-Bangladexx mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’Ġunju 2010 u fi Frar 2013 jidher li l-Bangladexx ma għandux jibqa’ jingħaraf bħala ħieles minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi ċerti Stati tal-Brażil bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) u ċerti Stati tal-Brażil bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Brażil u l-verifika mwettqa fil-Brażil mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’Novembru 2011, l-Istati ta’ Maranhão, Mato Grosso u Roraima u l-Istati ta’ Amazonas, Bahia, Espírito Santo, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Minas Gerais, Paraná u Santa Catarina ma għandhomx jibqgħu jingħarfu bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara rispettivament. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi lill-Ghana bħala ħielsa miċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Fuq il-bażi tal-verifika li twettqet fil-Ghana mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju f’April-Mejju 2012, jidher li l-Ghana ma għandhiex tibqa’ tingħaraf bħala ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi l-Istati Uniti bħala ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (il-varjetajiet kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru). Madankollu, fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-Istati Uniti, il-kontej ta’ Collier, Hendry u Polk li jinsabu fl-Istat ta’ Florida ma għandhomx jibqgħu jingħarfu bħala ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara msemmi. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE tirrikonoxxi wkoll lis-Sudan bħala pajjiż terz ħieles mill-Xanthomonas campestris li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru. Fl-2011 is-Sudan t’Isfel sar stat-nazzjon indipendenti. Konsegwentement, is-Sudan t’Isfel għandu jiġi elenkat f’dik id-Deċiżjoni bħala pajjiż terz ħieles mill-Xanthomonas campestris li huma patoġeniċi għaċ-Ċitru. |
|
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/473/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: il-Kapitolu 3, il-Volum 29, p. 258.