This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0833
Commission Regulation (EU) No 833/2012 of 17 September 2012 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of certain aluminium foils in rolls originating in the People’s Republic of China
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 tas- 17 ta’ Settembru 2012 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 tas- 17 ta’ Settembru 2012 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 251, 18.9.2012, p. 29–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 18/03/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 19/09/2012
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012R0833R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
18.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 833/2012
tas-17 ta’ Settembru 2012
li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. L-inizjazzjoni
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti rombli tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). |
(2) |
Il-proċediment nbdiet wara li tressaq ilment fid-9 ta' Novembru 2011 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurométaux) ("l-ilmentatur") f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti rombli tal-folji tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni. |
2. Partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi fil-pajjiż analogu, l-importaturi, id-distributuri, u partijiet magħrufa oħrajn li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu. |
(4) |
L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ. |
(5) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi, l-importaturi u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(6) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi u l-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 3 hawn taħt) matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. |
(7) |
Rigward il-produtturi tal-Unjoni, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kien intgħażel provviżorjament kampjun ta’ produtturi mill-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw qabel il-bidu tal-investigazzjoni. Dak il-kampjun kien jikkonsisti fl-akbar erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji magħrufa fl-Unjoni. |
(8) |
Kif spjegat fil-premessa (24) hawn taħt, kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkooperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju. It-tielet kumpanija li timporta pprovdiet sottomissjoni mingħajr ma ssottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju. |
(9) |
Kif spjegat fil-premessa (26)hawn taħt, 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
(10) |
Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq ("TES") jew għal trattament individwali ("TI"), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Żewġ kumpaniji ppreżentaw ruħhom u talbu TES, kumpanija minnhom kienet parti mill-kampjun magħżul, u l-oħra le. Waslu talbiet għal TI mill-kumpaniji tal-kampjun u l-kumpanija li talbet TES iżda li ma kinitx parti mill-kampjun. |
(11) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kollha li ppreżentaw ruħhom fl-iskadenzi stipulati fin-Notifika ta’ Bidu, jiġifieri l-erba’ kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjun u l-kumpaniji l-oħra kollha sabiex jitħallew jitolbu eżami individwali. Intbagħtu kwestjonarji wkoll lil partijiet oħra magћrufa li huma kkonċernati, jiġifieri l-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-importaturi li kkooperaw fl-Unjoni, utenti u assoċjazzjoni tal-konsumaturi. |
(12) |
Waslu risposti mingħand it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u żewġ importaturi mhux relatati. Sitt bejjiegħa bl-imnut wieġbu wkoll il-kwestjonarju tal-utent. |
(13) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda talbiet għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
(14) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
(15) |
Sabiex tinġabar l-informazzjoni dwar l-ispejjeż indiretti tal-materja prima ewlenija fil-produzzjoni tal-folji tal-aluminju, jiġifieri l-aluminju primarju, intalbet informazzjoni mix-Shanghai Futures Exchange (“SHFE" jew "Exchange”), il-pjattaforma kummerċjali ewlenija għall-aluminju fiċ-Ċina. Intalbet informazzjoni dwar is-swieq u prezzijiet dinjija mil-London Metal Exchange (“LME”), flimkien ukoll ma’ żjara ta’ informazzjoni. L-SHFE pprovdiet xi informazzjoni bil-miktub wara t-talba tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll żjara ta’ informazzjoni fl-SHFE li għall-ewwel ġiet milqugħa. Madankollu aktar tard, l-SHFE qieset li kien hemm bżonn ta’ approvazzjoni mill-Gvern Ċiniż għal tali żjara Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Ċiniżi ċaħdu li kien hemm bżonn ta’ tali approvazzjoni. Eventwalment l-SHFE qalbet l-aċċettazzjoni inizjali tagħha u ddeċidiet li ma taċċettax iż-żjara. |
(16) |
Saret żjara ta’ informazzjoni lix-Shanghai Metals Markets (“SMM”), fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet u pubblikatur f’Shanghai. |
3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
(17) |
L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
(18) |
Il-prodott li huwa suġġett għal din l-investigazzjoni huma folji tal-aluminju bi ħxuna ta' 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar għajr rrumblat, iżda sew jekk imbuzzati u sew jekk le, f'rombli b'piż żgħir li ma jaqbiżx l-10 kg ("il-prodott ikkonċernat" jew “rombli tal-folji tal-aluminju” jew “AHF”). Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10. |
(19) |
Il-prodott ikkonċernat ġeneralment jintuża bħala prodott tal-konsumatur għall-imballaġġ u l-applikazzjoni jew fil-catering jew fid-dar. Id-definizzjoni tal-prodott ma kinitx ikkontestata. |
2. Prodott simili
(20) |
L-investigazzjoni wriet li r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati fi u esportati mir-RPĊ u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u r-rombli tal-folji tal-aluminju manifatturati u mibjugħa fit-Turkija (il-pajjiż analogu) mill-produttur Tork li kkoopera għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI
1. It-teħid ta’ kampjun tal-produtturi tal-unjoni
(21) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(22) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti mill-akbar erba’ (gruppi ta’) kumpaniji, mit-30 produttur tal-Unjoni jew aktar li kienu magħrufa li jipproduċu l-prodott simili qabel il-bidu tal-investigazzjoni. L-għażla tal-kampjun saret abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-produtturi, id-daqs tagħhom u l-lokazzjoni ġeografika fl-Unjoni u l-kampjun propost irrapreżenta 44 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta' bidu. Wara l-iskadenza għall-kummenti, parti interessata waħda argumentat li l-kampjun kellu jinkludi produttur mir-Renju Unit. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li kumpanija produttriċi mir-Renju Unit (waħda mill-iSphere Group) kienet tabilħaqq fil-kampjun. L-ebda parti interessata oħra ma oppona l-kampjun finali u l-kampjun kien, għalhekk, ikkonfermat. |
2. It-teħid tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati
(23) |
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi involuti fil-proċediment, it-teħid tal-kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-Notifika ta’ Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(24) |
Kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jikkooperaw. Konsegwentement, it-teħid tal-kampjuni ma kienx għadu jitqies meħtieġ. |
3. It-teħid tal-kampjun tal-produtturi esportaturi
(25) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjun kien previst fin-Notifika ta’ Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(26) |
Total ta' 14-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż f’kampjun. Dawn il-kumpaniji esportaw madwar 7.800 tunnellata, jiġifieri 60 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-UE fil-PI. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjonijiet li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun sussegwentement irtirat il-kooperazzjoni tagħha u oħra nnotifikat lill-Kummissjoni li l-informazzjoni li tat lill-Kummissjoni fil-formola tat-teħid tal-kampjuni tagħha kienet żbaljata. Abbażi ta’ din l-informazzjoni ġdida kien deċiż li tkun eskluża din il-kumpanija mill-kampjun tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni stiednet żewġ kumpaniji oħra biex ikunu fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Missjoni tar-RPĊ fl-UE u l-ilmentatur ġew ikkonsultati dwar il-kompożizzjoni finali tal-kampjun. L-ebda parti interessata ma opponiet din l-għażla. Sussegwentement waħda mill-kumpaniji l-ġodda fil-kampjun ukoll irtirat il-kooperazzjoni tagħha. Għalhekk il-kampjun finali inkluda tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ li jkopru madwar 30 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PI u li jirrappreżentaw 50 % tal-volum tal-bejgħ tal-14-il produttur esportatur li pprovda d-dejta fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni. |
D. ID-DUMPING
1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq u trattament individwali
1.1. It-trattament ta' ekonomija tas-suq (tes)
(27) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(28) |
Żewġ kumpaniji, CeDo Shanghai Co. Ltd. (“CeDo Shanghai”) u Shanghai Blue Diamond Co. Ltd. (“Blue Diamond”), ippreżentaw ruħhom u talbu TES. CeDo Shanghai biss intgħażlet li tkun parti mill-kampjun kif kien spjegat hawn fuq; il-kumpanija l-oħra ma ntgħażlitx. Madankollu, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-249/10 Ρ Brosmann Footwear (HK) u oħrajn v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ġie deċiż li jkunu eżaminati l-formoli kollha ta’ talba għat-TES li waslu sal-iskadenza – jiġifieri t-talbiet miż-żewġ kumpaniji msemmija hawn fuq. |
(29) |
It-talbiet għat-TES ġew analizzati skont il-ħames kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-ħeffa tar-referenza biss, il-kriterji għat-TES huma mniżżla f’forma mqassra hawn isfel:
|
(30) |
Investigazzjonijiet fuq il-post rigward talbiet tat-TES twettqu fuq il-fondijiet ta’ dawn il-kumpaniji. |
(31) |
Għaż-żewġ kumpaniji, it-TES inċaħad skont il-Kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) ibbażat fuq l-evidenza li l-prezz għall-materja prima bażika upstream, l-aluminju, tgħawweġ. Dawn id-distorsjonijiet instabu wkoll fil-prezz tal-materja prima intermedja, il-folji tal-aluminju f’rombli jumbo kif deskritt hawn taħt. Il-kumpaniji ma ssodisfawx kriterji oħra kif spjegat hawn taħt. |
1.1.1. Konklużjonijiet mill-industrija kollha rigward il-Kriterju 1 – Id-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż ta’ elementi ewlenin
(32) |
Ir-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju huma manifatturati permezz ta' proċess sempliċi ta' rewinding, qtugħ u ppakkjar tal-folji tal-aluminju minn fuq rombli jumbo għal fuq rombli iżgħar. Il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-folji tal-aluminju hija l-aluminju primarju. L-aluminju primarju jammonta għal madwar 60-70 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni u għalhekk huwa fattur ewlieni fl-ispiża fil-produzzjoni tiegħu. Dan hu rifless fil-prattika tal-industrija kollha li tikkwota kemm il-prezzijiet tax-xiri kif ukoll tal-bejgħ tal-folji tal-aluminju abbażi ta’ prezz ta' referenza għall-aluminju primarju (l-ingotta tal-aluminju) flimkien mal-miżata tal-produzzjoni/tal-konverżjoni. Tabilħaqq, kumpaniji li jitolbu t-TES xtraw il-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo abbażi ta’ xiri b’kuntratt li jiddeterminaw il-prezz tal-folji tal-aluminju fuq rombli jumbo b’referenza għall-prezzijiet tal-aluminju primarju ppubblikati fl-SMM, fornitur tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet dwar il-metalli differenti, li jikkwota dawn il-prezzijiet abbażi ta' prezzijiet innegozjati okkażjonalment fiż-żona ta’ Shanghai. Il-pubblikazzjoni tal-SMM hija rappreżentattiva ħafna tal-prezzijiet domestiċi tal-aluminju. Dawn il-prezzijiet isegwu mill-qrib prezzijiet ikkwotati fl-SHFE fejn il-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet isiru fiċ-Ċina. |
(33) |
Ir-referenza għad-dinja kollha għall-prezz tal-aluminju primarju, li huwa prodott bażiku, hija l-kwotazzjoni fl-LME. Il-prezz tal-aluminju fis-suq domestiku Ċiniż jiddiversifika bil-bosta mill-prezzijiet tal-LME. Kif jidher fil-grafika li ġejja, id-differenza LME v. SHFE fil-prezz fil-PI kien ivarja minn +500 sa -90 USD/tunnellata. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-kwotazzjoni tal-prezzijiet fl-LME kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar aktar minn 9 % ogħla minn dak tal-SHFE (il-prezz nett), id-differenza togħla sa +23 % f’nofs il-perjodu. Ta’ min jinnota wkoll li tul l-aħħar parti tal-PI, meta globalment il-prezzijiet kienu qed jonqsu minħabba t-tnaqqis fid-domanda tas-suq, kienet osservata x-xejra opposta tal-prezzijiet fl-SHFE, (li jirriżultaw anke fil-prezzijiet 3 % ogħla mill-prezzijiet tal-LME) li tkompli turi d-distorsjonijiet tal-prezzijiet prevalenti f’dan is-suq.
|
(34) |
Din d-diverġenza sostanzjali fil-prezz tal-aluminju primarju mqabbel mal-bqija tad-dinja, kif spjegat hawn, hija kkunsidrata li hi dovuta għal kumbinazzjoni ta’ serje ta' fatturi kkawżati mill-Istat u interferenza sinifikanti mill-Istat fis-suq domestiku permezz ta’ għadd ta' strumenti. Din l-influwenza tal-Istat irriżultat fil-ħolqien u l-eżistenza ta’ suq domestiku pjuttost iżolat tal-aluminju primarju fiċ-Ċina maqtugħ mill-forzi tas-suq. |
(35) |
L-ewwel nett, l-SHFE hija kkontrollata mill-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission, “CSRC”). L-SHFE twettaq il-funzjonijiet tagħha skont ir-Regolament dwar l-Amministrazzjoni tal-Futures Trading (Regulation on the Administration of Futures Trading), il-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Boroż tal-Futures (the Measures for the Administration of Futures Exchanges) u fl-AoA tagħha. Bosta minn dawn ir-regoli imposti mill-Istat li jirregolaw il-funzjonament tal-Borża jikkontribwixxu għal volatilità baxxa, prezzijiet distorti u tendenzi tal-prezzijiet fl-SHFE: kuljum il-varjazzjonijiet tal-prezzijiet huma limitati għal 4 % fuq jew taħt il-prezz tal-ħlas tal-iskambju tal-jum preċedenti, in-negozjar jiġri fi frekwenza baxxa (sal-15-il jum ta' kull xahar), il-kuntratti tal-futures huma limitati għal dewmien sa 12-il xahar, l-interessi miftuħa min-negozjanti huma limitati għal ċertu ammont, l-ispekulazzjoni tal-prezz hija ristretta. |
(36) |
L-aċċess għall-Exchange huwa limitat bil-liġi għan-negozjanti Ċiniżi biss li jeħtieġu wkoll approvazzjoni mis-CSRC għall-kummerċ fil-Exchange. Ir-rappreżentanti tas-suq tal-membri tal-SHFE jistgħu jwettqu biss tranżazzjonijiet fuq talba ta’ membri tal-SHFE, ma jistgħux jaċċettaw ordnijiet minn organizzazzjonijiet oħrajn u ma jistgħux jinnegozjaw fuq il-kont tagħhom stess. Il-konsenji fiżiċi jistgħu jsiru biss f’maħżen approvat fir-RPĊ, mhux kif isir fl-iskambji internazzjonali, fejn il-konsenja tista’ssir fid-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li huma pjattaforma għal skambji fiżiċi biss (ma jinbiegħu l-ebda derivattivi), dan jiżola kompletament is-swieq Ċiniżi tal-aluminju. Bħala konsegwenza, l-arbitraġġ mal-LME jew swieq oħra mhux prattikament possibbli u l-Exchange taħdem f’iżolament mis-swieq dinjija. Għalhekk, l-ekwalizzazzjoni fost dawn is-swieq ma tistax isseħħ. |
(37) |
It-tieni nett, meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-SHFE, kemm bħala bejjiegħ tal-aluminju primarju kif ukoll bħala xerrej permezz tal-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat u Korpi Statali oħrajn, l-Istat jindaħal fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE Pereżempju, il-Gvern Ċiniż illeġiżla pakkett ta’ stimulu bl-għan li jillimita l-effetti tal-kriżi ekonomika fi tmiem l-2008 u dan il-pakkett kien jinkludi skema għall-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat biex tixtri l-aluminju minn funderiji sabiex ikunu appoġġati l-operati tagħhom billi jżidu artifiċjalment id-domanda domestika peress li l-kriżi finanzjarja/ekonomika globali naqqset id-domanda globali. Dan ix-xiri rranġat mill-Istat għawweġ il-prezzijiet b’mod sinifikanti fl-ewwel nofs tal-2009. Huwa interessanti li wieħed jinnota f’dan ir-rigward li fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni, il-prezzijiet fis-suq domestiku Ċiniż imxew f’direzzjoni opposta għal prezzijiet fis-swieq dinjija. |
(38) |
L-Istat Ċiniż ddeskriva l-politika tiegħu ta’ interferenza fis-settur tal-aluminju fit-12-il Pjan ta’ Żvilupp ta’ ħames snin għall-Aluminju (2011-15). Il-pjan jgħid "li jaġġusta r-refużjoni tat-taxxa u t-taxxa tal-esportazzjoni u sollevaturi ekonomiċi oħrajn, u jikkontrolla strettament l-ammont totali ta’ espansjoni u l-esportazzjonijiet tal-prodotti primarji". Fil-prattika dan ifisser li taħlita ta’ skemi speċifiċi ta’ taxxa għandhom l-għan li jippromwovu l-industrija tal-aluminju. Dawn l-għodod jiskoraġġixxu l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju mir-RPĊ waqt li jinkoraġġixxu l-importazzjonijiet u l-manifattura tal-prodotti sekondarji (bħalma huwa l-prodott ikkonċernat) li jinkorporaw aluminju kemm għas-suq domestiku kif ukoll għall-esportazzjoni. |
(39) |
Dan il-pjan ikompli l-politika li ilha teżisti għal ħafna snin fil-Pjanijiet preċedenti. Barra minn hekk, dawn il-pjanijiet ġew implimentati għal ħafna snin u matul il-PI diversi miżuri implimentattivi kienu operattivi u li huma deskritti hawn taħt. Dawn l-iskemi huma:
|
(40) |
Għalhekk it-taħlita ta’ dawn il-miżuri tintuża mill-Istat biex jirrestrinġi l-esportazzjonijiet tal-aluminju primarju, li jagħti riżultati ta’ żieda fil-provvista domestika u jwassal għal tnaqqis fil-prezz tiegħu fis-suq domestiku. |
(41) |
Il-maġġoranza l-kbira tal-funderiji tal-aluminju Ċiniżi huma proprjetà tal-Istat. Il-pjanijiet diversi industrijali li jinfluwenzaw b’mod ċar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-eżitu tal-aluminju, b’mod partikolari attwalment fit-12-il pjan ta’ żvilupp ta’ ħames snin (2011-2015) għall-Industrija tal-Aluminju, jinkoraġġixxu l-iżvilupp strateġiku ta' "prodotti għall-ipproċessar profond tal-aluminju u għall-promozzjoni tal-industrija tal-manifattura tal-aluminju biex testendi aktar il-katina industrijali". |
(42) |
Il-miżuri meħuda mill-Istat Ċiniż kif deskritti hawn fuq kienu konsegwentement meqjusa bħala evidenza li turi b’mod ċar l-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet tad-ditti fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima u l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Tabilħaqq, is-sistema Ċiniża attwali ta’ dazji għolja fuq l-esportazzjoni u n-nuqqas ta' ħlas lura tal-VAT għall-esportazzjoni tal-aluminju primarju, ikkombinat mal-ineżistenza ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u r-rimborż parzjali tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-aluminju downstream bħalma huwa l-prodott ikkonċernat, u l-indħil mill-Istat fl-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE, essenzjalment wasslu għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-aluminju primarju Ċiniż u l-prezzijiet tal-prodotti tal-aluminju sekondarju (użat ukoll bħala materja prima fil-produzzjoni ta' prodotti tal-aluminju oħrajn) huma r-riżultat tal-intervent tal-Istat indipendenti minn varjazzjonijiet fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali. Dan għandu influwenza diretta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija meta takkwista l-materja prima sekondarja tal-aluminju. Il-prezzijiet tal-aluminju dejjem kienu distorti u, ħlief għal żmien limitat ħafna meta kif imsemmi hawn fuq il-prijoritajiet distortivi oħra tal-Istat jidhru li kienu involuti, dan ipprovda vantaġġ inġust lill-produtturi Ċiniżi tal-folji tal-aluminju. |
(43) |
Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-aluminju primarju jammonta għal madwar 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tar-rombli ż-żgħar tal-folji tal-aluminju, din id-differenza tissarraf f’vantaġġ tal-ispiża sinifikanti inġust għall-produtturi Ċiniżi, li għat-tip ta’ prodott ta’ prodott bażiku bħalma huma l-folji tal-aluminju f’rombli żgħar hija deċiżiva. |
(44) |
Iż-żewġ kumpaniji kkontestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni wara li dawn ġew żvelati lilhom. L-ewwel nett, din stqarret li xi wħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni huma żbaljati u inkonsistenti li jolqtu b’mod negattiv is-sejba ġenerali dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju tal-kumpaniji fir-RPĊ. Speċifikament hija ddikjarat li l-aċċess għall-SHFE mhux limitat għal ċittadini Ċiniżi peress li possibbli li jinfetħu kontijiet mal-intermedjarji li jkollhom l-awtorizzazzjoni għall-kummerċ fl-SHFE. Globalment, il-kumpanija ma kkontestatx il-fatt li l-azzjonijiet ikkontrollati min-naħa tal-Istat Ċiniż jeżistu, anzi fil-fehma tagħha, l-iskop ta’ dawn l-azzjonijiet mhuwiex biex il-prezzijiet jiġu distorti u tkun żgurata volatilità baxxa fis-suq, iżda pjuttost li tiġi evitata l-ispekulazzjoni u żviluppi negattivi potenzjali meta jsiru tranżazzjonijiet. It-tieni nett, il-kumpanija argumentat li kien hemm varjazzjonijiet u differenzi fil-prezz pjuttost limitati bejn l-SHFE u l-LME fil-PI, inkluż perjodu meta l-prezzijiet fir-RPĊ kienu saħansitra ogħla minn bnadi oħra. Għaldaqstant il-vantaġġ fl-ispejjeż tal-produtturi Ċiniżi li tkun teżisti permezz ta’ prezzijiet imnaqqsa huwa minimu, jekk fuq kollox ikun il-każ. Hija tkompli tispjega x-xejriet bir-rivers tal-prezzijiet fi tmiem il-PI kienu minħabba l-fatt li l-ekonomija Ċiniża kienet għadha tespandi fi tmiem l-2011 u li ma kinux riżultat tad-distorsjonijiet indotti mill-Istat. Finalment hija stqarret li l-mekkaniżmi jew il-proċeduri msemmija hawn fuq ma għandhomx impatt materjali fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija fir-rigward tal-ispejjeż tagħha u l-politiki tal-prezzijiet. |
(45) |
Id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija ma jikkontradixxux s-sejba tal-Kummissjoni li kummerċjanti Ċiniżi biss jistgħu jagħmlu l-kummerċ f’din l-Exchange. Fir-rigward tal-fini u l-għan tal-azzjonijiet tal-Istat, id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija huma spekulattivi u l-ebda evidenza ma kienet ippreżentata f’dan l-istadju. Barra minn hekk, huwa irrelevanti għaliex dawn ir-regolamenti u l-limitazzjonijiet ġew stabbiliti – il-kwistjoni hija l-effett totali tagħhom li joħolqu suq domestiku iżolat għall-aluminju fejn it-tendenzi tal-prezzijiet ma jsegwux it-tendenzi tal-prezzijiet fis-swieq dinjin. Ta’ min jinnota wkoll f’dan ir-rigward li, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet Ċiniżi ma kkummentawx fuq dan il-punt. Kif ġie konkluż fil-premessa (42) hawn fuq, id-distorzjoni fis-suq tal-aluminju Ċiniż (differenza ta’ 9 % fil-prezz imnaqqsa fil-PI) hija sinifikanti biżżejjed biex tirriżulta f’vantaġġ sinifikanti inġust fl-ispiża lill-produtturi Ċiniżi ta’ tip ta’ prodott bażiku bħalma hu l-prodott ikkonċernat. Dan il-vantaġġ fl-ispiża ma jistax jiġi spjegat b’ebda vantaġġ komparattiv tal-produtturi tal-aluminju Ċiniżi. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji kollha li qegħdin jikkooperaw xtraw il-materja prima tagħhom mis-suq domestiku Ċiniż fuq il-bażi ta’ kuntratti li huma indiċizzati mal-indiċijiet tal-prezzijiet lokali tal-aluminju. B’hekk deċiżjonijiet ta’ kumpaniji individwali huma b’mod ċar influwenzati mill-azzjonijiet tal-Istat biex jinħoloq ambjent suq distort tal-aluminju. |
(46) |
Blue Diamond spjegat li l-prezzijiet tal-SMM mhumiex ikkontrollati mill-Istat u l-SMM hija simili għal-LME peress li dawn huma sorsi ta’ informazzjoni pubbliċi. Il-Kummissjoni ma sabitx li l-prezzijiet kienu direttament stabbiliti mill-Istat għalhekk dan il-kumment huwa irrelevanti. It-tieni, il-fatt li l-prezzijiet huma disponibbli pubblikament ma jiżgurax awtomatikament li dawn huma r-riżultat tal-forzi tas-suq. |
1.1.2. Konklużjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji li jirrigwardaw il-Kriterji 2 sa 5
(47) |
Il-Kummissjoni sabet li CeDo Shanghai ma ssodisfatx il-Kriterju 3 peress li l-ħlas lura tas-self tagħha f'munita barranija kien suġġett għall-approvazzjoni tal-Foreign Exchange Administration li hija meqjusa li għandha effett distortiv fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija dwar is-self u għalhekk il-qagħda finanzjarja tagħha. |
(48) |
CeDo Shanghai kkontestat is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward il-Kriterju 3. Din stqarret li r-reġistrazzjoni mal- hija prattika għall-pajjiż kollu li tapplika għal kwalunkwe kumpanija li tħallas lura s-self minn barra u hija sempliċiment tmexxija tajba mill-awtoritajiet finanzjarji Ċiniżi li jiżguraw li ma jintużawx tranżazzjonijiet mhux xierqa biex jinħarġu flus barra miċ-Ċina. Il-kumpanija sostniet ukoll li la l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u lanqas il-qagħda finanzjarja globali tagħha bl-ebda mod ma jiddependu fuq din l-approvazzjoni. Għalhekk CeDo stqarret li d-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-Kriterju 3 f'dan ir-rigward huwa defiċjenti. |
(49) |
Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament b’mod ċar huma waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti għall-kumpaniji. Ir-Regolament dwar id-dejn estern ipprovdut minn CeDo jistabbilixxi biċ-ċar proċediment ta’ approvazzjoni għal self li joriġina minn barra ċ-Ċina. Għalhekk id-deċiżjonijiet tal-impriżi li jieħdu finanzjament minn barra huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat li joħloq distorzjoni fil-qagħda finanzjarja tagħhom. Għalhekk it-talbiet tal-kumpanija ġew miċħuda. |
(50) |
Blue Diamond ma ssodisfatx il-Kriterju 1 għal raġuni oħra li jibbenefika minn eżenzjoni estiża fuq it-taxxa fuq id-dħul. Hija wkoll ma ssodisfatx il-Kriterju 2 peress li ma għandhiex sett wieħed ċar ta’ reġistri ta’ kontabilità bażiċi vverifikati f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha. Finalment, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-Kriterju 3 kif din tuża fondijiet industrijali mingħajr ħlas, li tgħawweġ is-sitwazzjoni tal-ispejjeż u finanzjarja tagħha. |
(51) |
Il-kumpanija ma qablitx ma’ xi wħud minn dawn is-sejbiet. Hija stqarret li l-eżenzjoni mit-taxxa ma għandha l-ebda effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma huma fil-mira tal-investigazzjonijiet kontra d-dumping. Hija wkoll ilmentat li segwiet ir-regoli Ċiniżi dwar il-VAT fil-kontabilità tagħha u spjegat li l-bejgħ u r-rekords tal-kontabilità differenzjati kienu riżultat ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali u ma kinitx prattika regolari segwita mill-kumpanija. Il-kumpanija kkonfermat ukoll li din tuża żona industrijali konsiderevoli mingħajr ħlas abbażi ta' ftehim. |
(52) |
Il-kummenti dwar il-fatturazzjoni doppja jikkontradixxu l-ispjegazzjoni u l-evidenza pprovduta matul l-investigazzjoni fuq il-post. L-ebda prova oħra ma kienet provduta dwar il-fatturazzjoni doppja u kif il-prattika tal-kumpanija ta’ deprezzament kienet skont ir-regoli Ċiniżi tal-VAT kif iddikjarat il-kumpanija. Finalment, il-kumpanija kkonfermat is-sejbiet li jikkonċernaw l-eżenzjonijiet mit-taxxa u l-użu mingħajr ħlas tal-proprjetà industrijali. Ta’ min jinnota f’dan ir-rigward li, il-Kriterji użati għall-valutazzjoni tat-talbiet għat-TES, mhux kollha huma strettament kriterji rilevanti għall-prezzijiet tal-esportazzjoni iżda qegħdin hemm sabiex ikun iddeterminat jekk il-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jipprevalux għall-produttur fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott simili kkonċernat. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija la talbet eżami individwali, u lanqas ma kienet magħżula biex tkun parti mill-kampjun, ma ntalbet l-ebda informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha. |
(53) |
Għalhekk kien miċħud it-TES għaż-żewġ kumpaniji. |
1.2. It-Trattament Individwali (TI)
(54) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
(55) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun u Blue Diamond talbu TI. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji fil-kampjun kollha u Blue Diamond issodisfaw il-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(56) |
Għalhekk il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun u Blue Diamond ngħataw TI. |
2. Pajjiż analogu
(57) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f’pajjiż analogu. |
(58) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan. |
(59) |
L-ebda kummenti sostantivi ma waslu li jikkonċernaw l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) bħala pajjiż analogu propost. Ħadd mill-partijiet interessati ma ssuġġerixxa produtturi alternattivi tal-prodott simili tal-pajjiż analogu. |
(60) |
Madankollu ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fl-Istati Uniti minkejja li l-produtturi kollha magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerika ġew ikkuntattjati matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni ta’ produtturi minn pajjiżi terzi oħra li ssemmew fl-ilment bħalma huma l-Messiku u l-Afrika t’Isfel, madankollu lanqas minn dawn il-pajjiżi ma kien hemm kooperazzjoni. |
(61) |
Il-Kummissjoni, permezz tar-riċerka tagħha, ippruvat tidentifika kull produttur addizzjonali fil-pajjiżi terzi. Għalhekk intbagħtu ittri u kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa f’pajjiżi terzi oħra (it-Turkija, l-Indja, il-Korea t’Isfel). |
(62) |
Żewġ produtturi Torok ippreżentaw ruħhom u wrew ir-rieda li jikkooperaw. Fl-aħħar mill-aħħar, produttur wieħed ipprovda tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju u aċċetta żjara ta’ verifika fuq il-post tiegħu. |
(63) |
Il-Kummissjoni poġġiet il-valutazzjoni tagħha dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż analogu f’fajl mhux konfidenzjali għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Ħadd mill-partjiet interessati m’għamel kummenti dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu fil-każ preżenti. |
(64) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3. Valur normali
(65) |
Peress li l-ebda waħda mill-kumpanniji li talbu t-TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji tat-TES u ż-żewġ kumpaniji l-oħra li ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun ma talbux it-TES, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien determinat, kif kien spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li huma pagabbli jew tal-valur normali ffissat fit-Turkija għall-prodott simili. Wara l-għażla tal-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produttur Tork li kkoopera elenkat fil-premessa (14) hawn fuq. |
(66) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ fl-UE tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera Tork kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
(67) |
Sussegwentament, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni fis-suq Tork matul il-PI. |
(68) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-ispiża u l-prezz ta’ bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le. |
(69) |
Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip magħmul matul il-PI. |
(70) |
Fejn ma kien hemm ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari mill-produttur Tork li kkoopera, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(71) |
Għal tipi ta’ prodotti li ma kinux jinbiegħu fis-suq domestiku mill-produttur Tork li kkoopera iżda dawn it-tipi tal-prodott ġew mibjugħa fi swieq oħra, kien stabbilit valur normali billi ġie miżjud mal-ispiża tal-manifattura tal-istess tip ta’ prodott mibjugħ fi swieq oħra l-SG&A tagħha u l-profitt. Fil-każ ta’ tipi ta’ prodott li, bl-ebda mod, ma jinbiegħu mill-produttur Tork li kkoopera, kien iffissat valur normali billi ġie miżjud mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi kollha tal-prodott, l-SG&A tagħhom u l-profitt. |
(72) |
Skont l-Artikolu 2(6) tar-regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur Tork. |
4. Prezzijiet tal-esportazzjoni
(73) |
Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tan-negozju relatati li jinsabu fl-Unjoni. |
(74) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(75) |
Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-kumpaniji relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Twettqu aġġustamenti għall-ispejjeż kollha minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ. Fir-rigward tal-marġini tal-profitt, intuża l-profitt realizzat minn żewġ importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat peress li l-profitt attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat. |
5. Tqabbil
(76) |
Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, il-paraguni kienu saru biss fuq il-bażi tal-bejgħ ta' prodotti b’tikketta privata minn kumpanija Torka li kkooperat. |
(77) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti adegwati għat-taxxi indiretti, għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tat-tqandil, tal-garanzija u tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b'evidenza vverifikata. Il-piż tal-ippakkjar kien injorat fit-tqabbil. |
(78) |
Bl-użu tas-sistema PCN għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ prodott, kien hemm grad baxx ta’ tqabbil għal produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Fejn l-ebda tqabbil dirett ma seta’ kien identifikat, tipi simili tqabblu u saru aġġustamenti għal differenzi, bħalma huma t-tipi tal-ippakkjar. Fejn intużat it-teknika simili, id-dettalji ġew żvelati lill-parti involuta. |
6. Marġini ta’ dumping
(79) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-valur normali b'medja peżata mal-prezz ta' esportazzjoni b'medja peżata espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
(80) |
Il-medja peżata ta’ dawn it-tliet marġini tad-dumping kienet ikkalkulata għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw. |
(81) |
Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ (madwar 60 %), huwa kkunsidrat xieraq li marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ għandu jkun ibbażat fuq l-aktar tranżazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal xi klijent partikolari tal-esportaturi li kkooperaw. |
(82) |
Il-marġini provviżorji tad-dumping li ġew stabbiliti b'dan il-mod, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin: Tabella 1 Il-marġini tad-dumping
|
E. ID-DANNU
1. Produzzjoni tal-unjoni u industrija tal-unjoni
(83) |
Fl-Unjoni, hemm 31 produtturi jew gruppi ta’ produtturi tal-prodott simili, ħafna minnhom relattivament żgħar. Minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni” fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur, Eurométaux, aġixxa f’isem seba’ produtturi li l-produzzjoni kollettiva tagħhom, matul il-PI, kien madwar 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti folji tal-aluminju f’rombli. Madankollu, wieħed ta’ min jinnota li d-dejta ppreżentata mill-ilmentatur, kif iċċekkjata mas-sorsi disponibbli l-oħrajn, kopriet il-kumpaniji kollha magħrufa li jipproduċu u jbigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dik, il-produzzjoni totali tal-prodott simili kien stmat li jammonta għal 91 000 tunnellata matul il-PI. Meta wieħed iqis li, permezz tal-ilmentatur, l-informazzjoni nġabret jew kienet disponibbli mill-kumpaniji magħrufa kollha li jipproduċu jew ibigħu l-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, tali informazzjoni se tintuża bħala indikaturi makroekonomiċi f’din l-investigazzjoni. |
2. Konsum tal-unjoni
(84) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-dejta ġiet provduta mill-ilmentatur u kienet disponibbli għall-partijiet kollha interessati. Id-dejta fornuta għall-produtturi tal-Unjoni kienet kontraverifikata mad-dejta li waslet għand il-Kummissjoni matul l-eżerċizzji permanenti u tat-teħid tal-kampjuni. Id-dejta dwar l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kemm għall-pajjiż ikkonċernat u kif ukoll għall-pajjiżi terzi kienet kontraverifikata mad-dejta COMEXT disponibbli fl-Eurostat. L-ilmentatur wera li ċ-ċifri tiegħu għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni kien fihom ċerti volumi manifatturati fir-RPĊ inklużi diġà fiċ-ċifri tal-importazzjonijiet. Għalhekk sar tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ta’ ċerti produtturi mhux fil-kampjun fl-UE li importataw ukoll mir-RPĊ. Dan it-tnaqqis evita għadd doppju ta’ dawn il-volumi tal-bejgħ fil-konsum totali. |
(85) |
Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum fl-UE (tunnellati)
|
(86) |
Il-konsum totali fis-suq tal-UE biss varja kemxejn tul il-perjodu kkunsidrat. Ir-raġuni għal din l-istabbiltà hi li s-suq tal-UE għall-prodott ikkonċernat huwa matur u, peress li jkun prodott ġeneralment użat għal għanijiet domestiċi, ma kienx suġġett għall-varjazzjoni minkejja l-kriżi ekonomika. |
3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
3.1. Volumi u sehem fis-suq
(87) |
Il-volumi tal-importazzjoni nkisbet mingħand l-ilmentatur li aġġusta d-dejta statistika tal-Eurostat fuq il-bażi tal-għarfien tiegħu fis-suq. Hemm bżonn dan l-aġġustament peress li l-istatistika tal-kodiċi tan-NM fiha importazzjonijiet li mhumiex il-prodott ikkonċernat. L-aġġustament kien ibbażat fuq l-għarfien dwar l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE minn pajjiżi varji li jesportaw u l-prezz tal-importazzjoni li jkun indika jekk l-importazzjoni kinitx il-prodott ikkonċernat jew le. Iċ-ċifri ddettaljati u l-metodoloġija ngħataw lill-partijiet interessati fl-Anness 3 tal-ilment. Fuq dik il-bażi, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu meqjus: Tabella 2 L-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(88) |
Wara investigazzjoni dwar anti-dumping fuq il-materja prima ewlenija u prodotti upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo), li rriżultaw fl-impożizzjoni tad-dazji fl-2009 fuq il-produtturi Ċiniżi, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedet sostanzjalment. Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’iżjed minn 200 % matul il-perjodu kkonċernat. |
(89) |
Is-sehem tas-suq f’idejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi juri l-istess tendenza ta’ żieda tal-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat, li jgħaddi minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % matul il-PI. |
3.2. Il-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
(90) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(91) |
Irid jiġi ddikjarat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jsegwu, sa ċertu punt, il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima (prinċipalment liegi tal-aluminju). Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu bi 3 % fil-PI meta mqabbla mal-2010 fi żmien meta l-prezzijiet tal-materja prima żdiedu b'madwar 4 % (ara t-tabella hawn taħt). Tabella 4 l-iżvilupp tal-prezzijiet medji Ċiniżi tal-aluminju
|
(92) |
Peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi kollha magħrufa kienu ta’ tikketti privati tan-negozju, it-tqabbil tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (jew l-underselling) sar abbażi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti b’tikketta privata biss. |
(93) |
Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti adegwati għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(94) |
Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta' twaqqigħ b'medja peżata ta' 10,0 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-unjoni
4.1. Il-kummenti preliminari
(95) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
(96) |
L-indikaturi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ u sehem tas-suq) ġew ivvaluati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovdut mill-ilmentatur, kontraverifikata mad-dejta mogħtija mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. |
(97) |
L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji ta’ unità, impjiegi, pagi, produttività, ħażniet, profitabilità, likwidità tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, kapaċità għaż-żieda tal-kapital) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, verifikat kif xieraq. |
4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
Tabella 5
Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità totali tal-Unjoni
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati) |
95 500 |
95 000 |
93 000 |
91 000 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
99 |
97 |
95 |
Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) |
160 000 |
164 000 |
164 000 |
164 000 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
103 |
103 |
103 |
L-użu tal-kapaċità |
59,7 % |
57,9 % |
56,7 % |
55,5 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
95 |
93 |
(98) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat minkejja li l-konsum baqa’ stabbli matul l-istess perjodu. Għalkemm il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet moderatment stabbli tul il-perjodu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet l-istess tendenza tal-produzzjoni. |
4.2.2. L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq
Tabella 6
L-ammont ta' bejgħ u s-sehem mis-suq
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-UE (tunnellati) |
91 000 |
91 500 |
87 700 |
82 456 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
101 |
96 |
91 |
Is-sehem mis-suq |
95,2 % |
92,3 % |
89,5 % |
85,2 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
97 |
94 |
90 |
(99) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tiegħu naqas b'mod kontinwu minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % matul il-PI. |
4.2.3. It-tkabbir
(100) |
It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-UE u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat għandu jitqies fil-kuntest tal-konsum stabbli matul l-istess perjodu kif deskritt fil-premessa (85). |
4.3. Id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (indikaturi mikroekonomiċi)
4.3.1. Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni
Tabella 7
Il-prezzijiet tal-bejgħ
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati (EUR għal kull tunnellata) |
4 479 |
3 950 |
4 237 |
4 378 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
88 |
95 |
98 |
(101) |
Ix-xejra tal-prezzijiet medji tal-bejgħ (inklużi prodotti tad-ditta u mhux tad-ditta) turi tnaqqis ta’ 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ ma kinux ikkunsidrati bħala indikatur affidabbli tal-ħsara minħabba li fil-parti l-kbira kienu affettwati mill-prezzijiet tal-materja prima (prinċipalment aluminju) li wrew xejra simili matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezzijiet fl-2010 u l-PI ġew soppressi minħabba t-twaqqigħ tal-prezzijiet deskritti fil-premessa (94) hawn fuq. |
4.3.2. Impjiegi, produttività u salarji
Tabella 8
Impjiegi, produttività u salarji
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
In-numru ta’ impjegati |
301 |
314 |
287 |
284 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
95 |
94 |
Il-produttività (unità/impjegat) |
143 |
138 |
141 |
138 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
96 |
98 |
96 |
Pagi għal kull impjegat |
41 070 |
38 913 |
44 115 |
43 600 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
95 |
107 |
106 |
(102) |
In-numru ta’ impjegati naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm il-pagi għal kull impjegat żdiedu ftit. Barra minn hekk it-tnaqqis tal-impjegati ma wassalx għal żieda fil-produttività billi t-telf fil-volumi tal-bejgħ, kif deskritt fil-premessa (99) hawn fuq, kien saħansitra aktar b’saħħtu. Tabilħaqq, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, meta mkejla bħala prestazzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, naqset kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, biex wara dan bdiet tirkupra fl-2010, mingħajr ma laħqet il-livelli inizjali. Fil-PI l-produttività rritornat għal-livell baxx tal-2009. |
4.3.3. Il-ħażniet
Tabella 9
Il-ħażniet
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Ħażna tal-għeluq |
2 873 |
2 994 |
3 092 |
3 534 |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
108 |
123 |
Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni |
6,7 % |
6,9 % |
7,7 % |
9,1 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
104 |
115 |
136 |
(103) |
Għalkemm il-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni żammu l-ħażniet tagħhom f’livell baxx billi użaw sistema ta’ produzzjoni skont l-ordni, xi prodotti komuni nħażnu. Il-livell tal-ћażniet żdiedu b’mod sinifikanti kemm f’termini assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni. Matul il-perjodu kkonċernat, fl-aħħar tas-sena l-livell tal-ħażniet żdied minn 6,7 % sa 9,1 %. |
15.3.4. Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.
Tabella 10
Il-Profittabbiltà
|
2008 |
2009 |
2010 |
PI |
Il-profittabilità tal-bejgħ fl-UE ( % tal-bejgħ nett) |
2,7 % |
6,2 % |
2,7 % |
0,7 % |
Indiċi (2008 = 100) |
100 |
231 |
101 |
27 |
(104) |
Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Il-profittabbiltà kkalkulata b’dan il-mod laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2009 minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xiri tal-oġġett tal-materja prima ewlenija (jiġifieri l-aluminju). Il-profitt naqas mill-2009 'il quddiem biex laħaq 0,7 % fil-PI. Dawn iċ-ċifri tal-profittabilità jkopru s-setturi kollha tas-suq, inkluż is-settur tad-ditta relattivament profittabbli li sa ċertu punt anqas kien suġġett għall-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi. Fil-verità, is-segment tat-tikketta privata waħdu għamel telf sostanzjali fil-PI. |
(105) |
Il-kapaċità li jinġabar il-kapital ma ssemmietx bħala problema sinifikanti mill-industrija tal-Unjoni. Tabella 11 Likwidità tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti (ROI)
|
(106) |
Ix-xejra tal-likwidità tal-flus, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hi stess l-attivitajiet tagħha, kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment, segwew xejra negattiva simili għar-redittu fuq il-fatturat. |
(107) |
Fl-2008 produttur tal-UE investa f’faċilitajiet ta’ ħażna addizzjonali. Fis-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat, l-ebda investimenti kbar ma kienu identifikati fir-rigward tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni. |
4.3.5. Il-kobor tal-marġni ta’ dumping attwali
(108) |
Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
(109) |
L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-osservazzjoni, b'mod partikolari, tapplika għall-perjodu mill-2010 sal-aħħar tal-PI. |
(110) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum stabbli, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod ġenerali b’9 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b'madwar 10 punti perċentwali. Barra minn hekk, il-volum tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti, li tindika l-inkapaċità tagħha li tbigħ il-prodott. Importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx żdied b’mod stabbli matul il-perjodu meqjus u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti matul il-PI. |
(111) |
Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-likwidità tal-flus u l-profitabbiltà kienu affettwati serjament fl-2010 u matul il-PI. |
(112) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. IL-KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
(113) |
Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping
(114) |
Fi tmiem l-2009 kienu imposti dazji anti-dumping fuq ir-rombli jumbo tal-folji tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ. Minn din id-data l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (il-prodott downstream) żdied b’rata mgħaġġla. Dawn iż-żidiet jikkoinċidi mad-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(115) |
L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied b’mod drammatiku, b’aktar minn 200 %. Is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied ukoll, minn 4,5 % fl-2008 għal 13,4 % fil-PI (jiġifieri, b’madwar 9 punti perċentwali). Fl-istess żmien, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’9 % u s-sehem mis-suq naqas ukoll b’9 punti perċentwali, minn 95,2 % fl-2008 għal 85,2 % fil-PI. |
(116) |
Fir-rigward tal-pressjoni tal-prezz, għandu jiġi enfasizzat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni fil-PI. Il-pressjoni tal-prezzijiet f’volumi dejjem jiżdiedu ppermettew lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jirbħu kuntratti ma’ klijenti ewlenin (bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa). Għal kuntratti miżmuma, l-industrija tal-Unjoni kellha ċċedi żidiet fil-prezzijiet li kien hemm bżonnhom biex ipattu għal żidiet fil-prezzijiet tal-aluminju. It-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-PI kien ta’ madwar 10 % u f’dik is-sena, l-industrija tal-Unjoni qajmet il-prezzijiet medji bi 3 % biex jirrifletti għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tagħhom fis-suq tal-UE b’madwar 3 % (ara t-Tabella 3). Dan irriżulta f’deterjorament sinifikanti fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. |
(117) |
Abbażi ta' dan t'hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda kbira tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol determinanti fid-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless, b'mod partikolari, fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq, u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta' dannu. |
3. L-effett ta’ fatturi oħra
3.1. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(118) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat huwa muri fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet kienu fornuti mill-ilmentatur ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat. Tabella 12 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(119) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (prinċipalment l-Indja, ir-Russja, it-Tajwan u t-Turkija) żdied bi 300 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, is-sehem totali tas-suq tal-UE ta’ dawn l-importazzjonijiet għadu marġinali. Għalhekk, dawn ma setgħux jikkontribbwixxu għall-ħsara sofferta mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
3.2. Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet
(120) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwera fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet huma ċifri vverifikati mill-produtturi inklużi fil-kampjun. Tabella 13 L-esportazzjonijiet tal-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-Kampjun
|
(121) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun ma kinux sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u qatt ma rrappreżentaw aktar minn 2 % tal-volumi manifatturati. Huma segwew tendenza simili għal dik tal-volumi tal-bejgħ fis-suq Ewropew. Fid-dawl tal-volumi limitati tagħhom, l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwixxitx għall-ħsara materjali mġarrba. |
3.3. L-impatt tal-kriżi ekonomika
(122) |
Il-kriżi ekonomika ma tipproduċi l-ebda tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Kif wieħed jistenna għal prodotti mhux lussużi tad-dar, il-kriżi finanzjarja ma kellha l-ebda impatt fuq il-konsum tal-AHF li tibqa' prodott stabbli ħafna fl-industrija tal-ipproċessar u tal-ippakkjar tal-ikel. Għalhekk, il-kriżi ekonomika ma kkontribwixxitx għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
3.4. Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni
(123) |
Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija qawwija meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni hija pjuttost diversa (hemm iktar minn 30 produttur) u li wieħed mill-konsumaturi prinċipali tagħhom huwa s-settur qawwi tal-bejgħ bl-imnut. |
(124) |
Matul bosta snin in-negozjanti ewlenin tal-Unjoni Ewropea żviluppaw il-marki tagħhom stess (tikketti privati) li fir-rigward tal-AHF gradwalment naqqsu l-volum tal-bejgħ tal-prodotti tad-ditta tal-manifatturi tagħhom stess. Dan kien ta’ ħsara għall-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ġarrbu tnaqqis fil-bejgħ tas-settur tad-ditta aktar profittabbli u daħħlithom f’kompetizzjoni akbar ma' xulxin fis-settur tat-tikketta privata li dejjem qiegħda tiżdied. |
(125) |
Madankollu, dan l-iżvilupp kien proċess gradwali fuq bosta snin u l-investigazzjoni wriet li n-negozju tat-tikketta privata żdied biss minn 83 % għal 84 % mill-2010 sal-PI. Għalhekk, minkejja li din iż-żieda se jkollha impatt żgħir fuq il-produtturi tal-UE, dan ma jispjegax il-kobor tax-xejriet dannużi esperjenzati minnhom. |
3.5. L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(126) |
Kien argumentat mill-partijiet interessati li l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, l-aktar il-prezz tal-aluminju, kkontribwixxew għall-ħsara. |
(127) |
L-ispiża tal-produzzjoni tal-AHF hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta' dan il-prodott. L-LME huwa referenzjarju dinji għall-prezzijiet tal-aluminju. Tabella 14 Żvilupp tal-prezzijiet medji tal-aluminju tal-LME
|
(128) |
L-iżvilupp li jidher hawn fuq irriżulta mill-kriżi finanzjarja li bdiet madwar Ottubru 2008. Il-prezzijiet tal-aluminju niżlu wara li kien hemm tnaqqis fid-domanda u rkupraw sa ċertu punt ma’ tmiem il-PI.Madankollu, l-industrija AHF normalment tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha fuq bażi ta' punt ta' riferiment tal-LME flimkien ma' marġni biex tkopri spejjeż u qligħ ta’ trasformazzjoni. Dan ifisser li f’ċirkostanzi normali l-varjazzjonijiet fil-punt ta' riferiment tal-LME ma għandhomx impatt kbir fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-AHF peress li l-prezzijiet tal-prodotti lesti jiċċaqalqu b’konformita mal-prezzijiet tal-LME. Fil-fatt l-industrija tal-Unjoni kienet dejjem teżisti f’ambjent ta' prezzijiet tal-aluminju li jvarjaw ta’ spiss. |
(129) |
Kien argumentat ukoll li l-industrija tal-Unjoni għandu tagħmir ineffiċjenti li kkontribwixxa għall-ħsara. Għandu jingħad li l-investigazzjoni ma sostnitx din il-fehma u li fil-fatt l-UE u l-ispejjeż Ċiniżi tat-trasformazzjoni f’daqqa kienu pjuttost simili. Barra minn hekk, tali ineffiċjenza tkun tfisser li l-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tkun baxxa għal ħafna snin u dikjarazzjoni bħal din ma tispjegax it-telf tas-sehem mis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-profitabilità li seħħew bejn l-2009 u l-PI. |
(130) |
Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, il-prezzijiet tal-aluminju li qed ivarjaw jew l-allegat nuqqas ta’ effiċjenza fil-produzzjoni ma tistax titqies kawża tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
3.6. Kapaċità żejda ta' produzzjoni
(131) |
Kif jingħad hawn fuq, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi Ewropej kienet relattivament baxxa matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, billi l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jużaw l-istess makkinarju għar- rewinding ta’ prodotti oħra (bħalma hu l-cling film) iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità ma jitqisux bħala fattur ewlieni ta’ kawżalità. Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienu diġà pjuttost baxxi fl-2008 u l-2009 meta r-rati tal-profitabbiltà u s-sitwazzjoni tal-industrija inġenerali kienu sodisfaċenti. |
(132) |
Għalhekk ġie konkluż li l-kapaċità żejda ma kinitx kawża sostanzjali tal-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-UE. |
4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(133) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-RPĊ partikolarment fl-2010 u l-PI. Instab li dawn l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. |
(134) |
Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta l-industrija tal-Unjoni baqgħet titlef is-sehem mis-suq u l-profittabilità u indikaturi finanzjarji oħra bħalma huma l-likwidità tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti laћqu l-aktar livelli baxxi tagħhom. |
(135) |
L-analiżi tal-fatturi magħrufa l-oħra, inkluża l-kriżi ekonomika, uriet li kull impatt negattiv ta' dawn il-fatturi ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
(136) |
Abbażi tal-analiżi t’hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
G. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Rimarki preliminari
(137) |
B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut u l-ingrossa tal-prodott ikkonċernat. |
2. L-interess tal-industrija tal-unjoni
(138) |
L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar malajr wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq il-prodott upstream (folji tal-aluminju f’rombli jumbo) fl-2009. Peress li l-istess problemi strutturali tas-settur tal-aluminju Ċiniż diġà osservati matul dik l-investigazzjoni baqgħu jeżistu fis-suq, l-industrija tal-Unjoni sostniet li hi wkoll għandha tkun protetta minn kompetizzjoni żleali. |
(139) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għall-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali. |
(140) |
Jekk il-miżuri ma jkunux imposti, għandu jkun mistenni aktar telf mis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ tagħmel it-telf, b’mod partikulari fis-settur tat-tikketta privata. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-tendenza tat-tnaqqis kontinwu fil-profittabilità u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn bħalma huma l-likwidità u r-redditu fuq l-investimenti, jista’ jkun li ħafna mill-produtturi tal-Unjoni mhux se jkunu kapaċi jibqgħu kompetittivi fis-suq, jekk ma jiġux imposti miżuri. |
(141) |
Barra minn hekk l-industrija tal-Unjoni tforni lill-klijenti tagħha (l-aktar bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa) bi prodotti oħra tal-ipproċessar u l-ippakkjar tal-ikel bħalma huma l-cling film u l-prodotti tal-karta. Xi wħud minn dawn il-prodotti huma manifatturati fuq l-istess tagħmir tar-rewinding użat għall-prodott ikkonċernat. Il-prodott ikkonċernat huwa settur ewlieni tal-portafoll tal-prodotti mibjugħa mid-diversi kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni sal-punt li għal xi wħud jirrapreżenta aktar minn 50 % tal-fatturat. Jekk is-sitwazzjoni tal-prodott ikkonċernat tkompli tmur għall-agħar, dan jikkomprometti l-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti l-oħra wkoll. |
(142) |
Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. Interess tal-importaturi/bejjiegħa bl-ingrossa
(143) |
Fir-rigward tal-importaturi, proporzjon kbir tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, stmat għal madwar 50 % matul il-PI, hu magħmul minn żewġ atturi kbar fis-suq Ewropew li jakkwistaw il-prodotti tagħhom mir-RPĊ. |
(144) |
Wieħed minn dawn l-importaturi huwa relatat ma’ produttur esportatur li kkoopera (CeDo Shanghai) inkluż fil-kampjun. CeDo Group żviluppa strateġija ta’ sors doppju li biha l-folji li jbigħ fis-suq tal-Unjoni ikunu manifatturati kemm fir-RPĊ kif ukoll fl-Unjoni. Il-Grupp ġibed l-attenzjoni li miżuri anti-dumping se jheddu din l-istrateġija u jnaqqsu l-profittabilità tiegħu. Madankollu, il-miżuri proposti mhumiex diretti lejn ebda kumpanija partikolari iżda tfasslu sabiex jirripristinaw il-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni. |
(145) |
L-investigazzjoni ma tafx jekk l-importatur kbir l-ieħor (Quickpack) huwiex relatat ma’ xi fornituri Ċiniżi minn tiegħu. Dan għaliex, minkejja li ġie mistieden jipparteċipa fl-investigazzjoni huwa għażel li ma jikkooperax. Għalhekk, l-impatt ta’ kwalunkwe dazji, fil-livell propost, fuq in-negozju tiegħu mhux ċar. |
(146) |
Mill-importaturi li fadal tnejn ikkooperaw f’din l-investigazzjoni billi wieġbu l-kwestjonarju. It-tweġibiet tagħhom jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Dawn il-kumpaniji qalu li huma jistgħu jkunu sfurzati li joħorġu mis-suq tal-fojl jekk jiġi impost dazju anti-dumping, madankollu, prodotti oħrajn irrappreżentaw iktar minn 80 % tal-fatturat tagħhom minħabba li dawn iż-żewġ kumpaniji importataw ħafna prodotti oħra fis-settur tal-ikel u l-oġġetti tad-dar. |
(147) |
Produttur/importatur ieħor (Terinex Ltd) ma tax tweġiba għall-kwestjonarju iżda ta l-opinjoni tiegħu bbażata fuq is-suq tar-Renju Unit. Terinex Ltd spjegat li billi tixtri s-sorsi tagħha mir-RPĊ naqqset il-produzzjoni tagħha stess iżda li bħala attur żgħir fis-suq, ma tqisx li l-importazzjonijiet tagħha għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ jiġu kkunsidrati (premessa (87) 'il quddiem) allura kif spjegat fi premessa (114) 'il quddiem, huwa ċar li l-importazzjonijiet mir-RPĊ huma l-kawża maġġuri tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Peress li l-fatturat tal-prodott ikkonċernat huwa relattivament żgħir b’relazzjoni mat-total tal-attivitajiet tal-kumpaniji, l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mhix se jkollha impatt gravi fuq il-qligħ totali tagħha. |
(148) |
Fir-rigward tas-settur tal-importazzjoni, b’mod ġenerali (sew jekk relatati u sew jekk le) ma jistax jiġi eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv fuq dan is-settur għaliex x’aktarx dazju jagħmel l-importazzjonijiet inqas attraenti u l-industrija tal-Unjoni probabbli tkun kapaċi tirbaħ lura xi ordnijiet/kuntratti għad-detriment tas-settur tal-importazzjoni. Madankollu, din tkun fuq il-bażi tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kompetizzjoni ġusta u l-impatt fuq is-settur kollu kemm hu tal-importazzjoni ma jkunx sproporzjonat. |
(149) |
Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-impatt fuq l-importaturi għandu mnejn ma jkunx tali li l-miżuri jkollhom jitqiesu bħala li jmorru kontra l-interess globali tal-Unjoni. |
4. L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut
(150) |
Sitt bejjiegħa bl-imnut kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jitqiesu rappreżentattivi minħabba l-firxa wiesgħa tagħhom tal-post ġeografiku fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-daqs differenti tagħhom f'termini ta’ fatturat. Kollha kemm huma jopponu l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżuri minħabba li dawk se jimponu spejjeż żejda fuq in-negozji tagħhom u li l-miżuri se jirrestrinġu l-għażla tal-fornituri tagħhom. |
(151) |
Madankollu, jidher ċar ħafna mir-reazzjonijiet tagħhom li l-prodott li qed jiġi investigat huwa parti żgħira mill-fatturat ta’ dawn il-bejjiegħa bl-imnut (f’kull każ inqas minn 1 %) u kwalunkwe miżura anti-dumping ikollha ftit jew l-ebda impatt fuq il-fatturat tagħhom jew fuq il-profitti. |
5. L-interess tal-konsumaturi
(152) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat assoċjazzjoni waħda tal-konsumaturi li wieġbet li ma kinitx interessata tikkoopera fl-investigazzjoni. L-ebda assoċjazzjoni oħra tal-konsumaturi ma ppreżentat ruħha. |
(153) |
L-impatt tad-dazji anti-dumping fuq il-konsumaturi probabbli jkun marġinali ħafna peress li l-AHF hu perċentwal baxx ħafna tal-baġit tal-konsumatur ta’ kull ġimgħa. Barra minn hekk, huwa mistenni li kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tal-AHF fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ikkawżat mill-impożizzjoni tad-dazji tkun jew verament marġinali jew ineżistenti. |
6. Konklużjoni dwar l-interess tal-unjoni
(154) |
Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
H. PROPOSTA GĦALL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
1. Livell ta’ tneħħija tal-ħsara
(155) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(156) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini ta’ dumping li nstabu. |
(157) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. |
(158) |
F’investigazzjonijiet preċedenti li involvew l-AHF (rombli jumbo) il-marġini tal-profitt normali ġie stabbilit għal 5 % abbażi ta’ dak deskritt hawn fuq. L-ilmentatur stqarr li 6 % ikun marġini ta’ profitt raġonevoli, għall-industrija, fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Madankollu, hu naqas li jissostanzja b’mod xieraq din il-pretensjoni u għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat xieraq li wieħed jirrikorri għal marġni ta’ profitt ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti. Huwa għalhekk ikkunsidrat b’mod provviżorju li marġni ta’ qligħ ta’ 5 % tal-fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi tnaqqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE l-profitt effettiv miksub matul il-PI u nbidel bil-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq. |
(159) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali. |
2. Miżuri provviżorji
(160) |
Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta' dazju anqas. |
(161) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ tneħħija tad-dannu u l-marġini ta' dumping. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju anti-dumping proposti għandhom ikunu kif ġej: Dazji anti-dumping provviżorji proposti
|
(162) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(163) |
Kwalkunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandha x’taqsam mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
(164) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta' bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet tal-folji tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda anqas minn 0,021 mm, mingħajr it-tieni folja, mhux maħdum aktar milli rrumblat sew jekk irrumblat u sew jekk le, b’rombli ta’ piż baxx ta’ mhux aktar minn 10 kg, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (kodiċi TARIC 7607111110 u 7607191010) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju ( %) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
CeDo Shanghai Co. Ltd. |
16,3 % |
B299 |
Ningbo Times Co. Ltd. |
15,5 % |
B300 |
Ningbo Favoured Commodity Co. Ltd. |
13,0 % |
B301 |
Able Packaging Co.,Ltd |
15,5 % |
B302 |
Guangzhou Chuanlong Aluminium Foil Product Co.,Ltd |
15,5 % |
B303 |
Ningbo Ashburn Aluminium Foil Products Co.,Ltd |
15,5 % |
B304 |
Shanghai Blue Diamond Aluminium Foil Manufacturing Co.,Ltd |
15,5 % |
B305 |
Weifang Quanxin Aluminium Foil Co.,Ltd |
15,5 % |
B306 |
Zhengzhou Zhuoshi Tech Co. Ltd |
15,5 % |
B307 |
Zhuozhou Haoyuan Foil Industry Co.,Ltd |
15,5 % |
B308 |
Zibo Hengzhou Aluminium Plastic Packing Material Co.,Ltd |
15,5 % |
B309 |
Yuyao Caelurn Aluminium Foil Products Co.,Ltd |
15,5 % |
B310 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
35,4 % |
B999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 371, 20.12.2011, p. 4.
(*) L-ebda prezz disponibbli peress li l-kodiċi tan-NM 7607 11 11 għall-folji tal-aluminju nħoloq fl-2009
Sors: L-Eurostat
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.