Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0780

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 780/2010 tat- 2 ta’ Settembru 2010 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Leberwurst (IĠP)]

    ĠU L 233, 3.9.2010, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/780/oj

    3.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 233/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 780/2010

    tat-2 ta’ Settembru 2010

    li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Leberwurst (IĠP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja għall-approvazzjoni, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst” irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2206/2003 (3).

    (2)

    L-iskop tat-talba huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni billi jsir obbligatorju l-użu tal-kisi naturali u billi jiġu estiżi l-forom tal-ippakkjar, partikolarment, sabiex jiġi permess l-użu ta’ vażetti tal-plastik, iżda mhux kisi artifiċjali. Dan jirrifletti aħjar ir-realtajiet tas-suq u l-preferenzi tal-konsumatur kif ukoll jagħti opportunità li jiġi sfruttat il-potenzjal eżistenti tas-suq.

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Peress li dawn huma emendi minuri, il-Kummissjoni tista’ tapprovahom mingħajr ma tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst”, kif stabbiliti skont l-Anness I, huma approvati.

    Artikolu 2

    Id-Dokument Uniku aġġornat jidher fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

    (3)  ĠU L 330, 18.12.2003, p. 13.


    ANNESS I

    L-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst” huma b’dan approvati:

    Fil-punt “4.2. Deskrizzjoni”, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu għandha tinbidel b’din li ġejja:

    “Iz-zalzett għandu jimtela f’kisi naturali, bħall-intestini żgħar tal-majjal, il-borża tal-awrina jew intestini taċ-ċanga, jew biex jiġi ppreservat f’vażetti tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali.”


    ANNESS II

    DOKUMENT UNIKU

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

    “THÜRINGER LEBERWURST”

    Nru KE: DE-PGI-0105-0222-02.02.2009

    IĠP ( X ) DPO ( )

    1.   Isem

    “Thüringer Leberwurst”

    2.   Stat membru jew pajjiż terz

    Il-Ġermanja

    3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

    3.1.   Tip ta’ prodott

    Klassi 1.2.

    Prodotti tal-laħam

    3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1

    Dan huwa zalzett tal-fwied tat-tip li jkun magħmul id-dar, b’togħma pikkanti u li jinbiegħ frisk jew ippreservat. L-ingredjent ewlieni tiegħu huwa l-fwied frisk. It-tessut tax-xaħam jikkonsisti f’bejken jew żaqq mingħajr ġilda. Iz-zalzett għandu jimtela f’kisi naturali, bħall-intestini żgħar tal-majjal, il-borża tal-awrina jew intestini taċ-ċanga, jew biex jiġi ppreservat f’vażetti tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali.

    Il-kompożizzjoni:

    laħam tal-majjal, fwied tal-majjal, melħ tan-nitritu għall-pikles, basal imsajjar f’stuffat, taħlita ta’ ħwawar (partikolarment, bżar immaċinat u merdqux ta’ Thuringia), affumikatura.

    3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss)

    3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

    3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

    Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika speċifikata.

    3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

    3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

    4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

    Thuringia

    5.   Rabta maż-żona ġeografika

    5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

    ‘Thüringer Leberwurst’ għandu tradizzjoni fi Thuringia li tmur sekli lura. Hija probabilment antika daqs l-kummerċ tal-laħam innifsu fi Thuringia. Anke llum, iz-zalzett għadu jsir fil-“festi tat-tbiċċir” li huma popolari ħafna fir-reġjun u fejn iz-zalzett jittiekel frisk minn borma mimlija biz-zalzett. Huwa parti minn varjetà offruta kważi minn kull produttur tal-laħam u z-zalzett fi Thuringia. L-oriġini tal-isem inzamm peress li fl-eks RDĠ kien jintuża biss bħala indikazzjoni ġenwina tal-oriġini ġeografika.

    5.2.   Speċifiċità tal-prodott

    Iz-zalzett ta’ Thurngia, li jinkludi t-“Thüringer Leberwurst”, minn dejjem kellu reputazzjoni tajba fil-Ġermanja u lilhinn għal aktar minn 200 sena. “Thüringer Leberwurst” huwa fost l-iktar zalzett popolari fi Thurningia.

    5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).

    Ir-reputazzjoni tat-“Thüringer Leberwurst” hija bbażata fuq l-ħiliet u l-esperjenza tal-biċċiera ta’ Thuringia u r-riċetti li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.

    Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

    (L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    It-taqsima 7a-bb tal-volum 20 tal-“Markenblatt” tas-16 ta’ Mejju 2008, p. 33363

    http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/148


    Top