This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0776
Commission Regulation (EU) No 776/2010 of 2 September 2010 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Génisse Fleur d’Aubrac (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2010 tat- 2 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2010 tat- 2 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)]
ĠU L 233, 3.9.2010, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 776/2010
tat-2 ta’ Settembru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Génisse Fleur d’Aubrac”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 322, 30.12.2009, p. 39.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
FRANZA
Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)