This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0722
2009/722/EC: Commission Decision of 29 September 2009 amending Decision 2003/324/EC as regards a derogation from the intra-species recycling ban for the feeding of certain fur animals in Latvia (notified under document C(2009) 5550)
2009/722/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Settembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)
2009/722/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Settembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)
ĠU L 257, 30.9.2009, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0142
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003D0324 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | DATEFF | |
Modifies | 32003D0324 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | DATEFF | |
Modifies | 32003D0324 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | DATEFF |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32011R0142 | 04/03/2011 |
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Settembru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil fil-Latvja
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5550)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2009/722/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli ta' saħħa dwar prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi projbizzjoni fuq l-għalf tal-annimali bi proteina tal-annimali proċessata derivata minn annimali tal-istess speċi. Wara li kkonsultat il-kumitati xjentifiċi xierqa jistgħu jingħataw derogi minn dik ir-regola fir-rigward ta' annimali bil-pil. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE tat-12 ta' Mejju 2003 rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil li taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issemmi l-Istati Membri li huma awtorizzati li jagħmlu użu minn dik id-deroga, l-ispeċi li jistgħu jintemgħu bi proteina proċessata tal-annimali derivata mill-annimali tal-istess speċi, u tistipula r-regoli li taħthom jista' jseħħ l-għalf. |
(3) |
Il-Latvja ressqet talba għal droga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-annimali tal-pil u ressqet informazzjoni sodisfaċenti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/324/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/324/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Id-deroga għall-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja 1. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil li ġejjin ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:
2. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tingħata deroga lill-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja rigward l-għalf tal-annimali tal-pil tal-ispeċi tal-mink Amerikan (Mustela vison) ma' proteina proċessata tal-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta' iġsma ta' annimali tal-istess speċi:” |
(2) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Il-konformità ma' din id-Deċiżjoni L-Estonja, il-Latvja u l-Finlandja għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa minnufih biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni, u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.” |
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Id-destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.” |
Artikolu 2
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(2) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.