This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0045
2009/45/EC: Decision of the European Parliament and of the Council of 18 December 2008 on mobilisation of the Flexibility Instrument in accordance with point 27 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management
2009/45/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
2009/45/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
ĠU L 19, 23.1.2009, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 19/49 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2009/45/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi, fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2008, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità sabiex jikkomplementaw il-finanzjament tal-baġit 2009, lil hinn mil-limiti massimi tal-intestatura 4, ta’ EUR 420 miljun għall-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, l-Istrument tal-Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 420 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji.
Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkomplementa l-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-intestatura 4.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. WOERTH
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.