This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0760
Commission Regulation (EC) No 760/2008 of 31 July 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards authorisations for the use of casein and caseinates in the manufacture of cheeses
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2008 tal- 31 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2008 tal- 31 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon
ĠU L 205, 1.8.2008, p. 22–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32006R1547 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009R0548 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/07/2009 |
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 760/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(i), 192 u 194 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 tal-24 ta’ Lulju 1990 li jippreskrivi regoli ġenerali addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib f’dak li jirrigwarda l-ġobon (2) huwa mħassar mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' Lulju 2008. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 dwar l-iskambju tal-informazzjoni u dwar il-kontrolli u l-miżuri amministrattivi ma ġewx inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Skond l-Artikoli 192 u 194 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu integrati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/2006 tat-13 ta’ Ottubru 2006 li jippreskrivu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 (3). |
(3) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza u r-razzjonalità, ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 għandu jitħassar u jinbidel minn Regolament ġdid. |
(4) |
L-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel; Jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, waqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontrolli fuq l-impriżi. Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-derogi konċernati, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu speċifiku. |
(5) |
Il-punt (i) ta’ l-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li l-perċentwali massimi tal-kaseina u tal-kaseinati li għandhom jiġu inkorporati fil-ġobon għandhom ikunu ddeterminati fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi b’kunsiderazzjoni għal dak li huwa teknoloġikament meħtieġ; Huwa xieraq li jiġu ddeterminati l-perċentwali msemmija f'livell Komunitarju fuq il-bażi tal-għarfien disponibbli. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli li jiżguraw il-konformità ma’ din id-dispożizzjoni, huwa aħjar li jiġu stabbiliti perċentwali ġenerali aktar milli perċentwali għal prodotti individwali mingħajr preġudizzju għal standards iktar stretti f'livell nazzjonali. |
(6) |
Meta jsir użu tal-kaseina u/jew il-kaseinati fil-ġobon għandhom ikunu rispettati l-istandards internazzjonali għall-ġobon, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjon tal-proteini għall-kaseina (4). |
(7) |
Jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati u penalitajiet waqt li tiġi kkunsidrata l-istruttura tal-industrija. Il-livell tal-penali għandu jiġi ddeterminat meta terġa' tiddaħħal mill-ġdid l-għajnuna skond l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(8) |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penalitajiet nazzjonali meta l-użu tal-kaseini u tal-kaseinati jsir mingħajr l-awtorizzazzjoni fil-manifattura tal-ġobon, huwa xieraq, fejn l-ammont ta' għajnuna huwa fiss skond l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li tintalab penali determinata fuq il-bażi tal-valur tal-kaseina u tal-kaseinati minn naħa u l-valur ta' kwantità korrispondenti tat-trab tal-ħalib xkumat min-naħa l-oħra sabiex għallinqas jiġi newtralizzat il-benefiċċju ekonomiku li jiġi mill-użu mhux awtorizzat. Sakemm l-għajnuna għall-produzzjoni tal-kaseina u tal-kaseinati tkun fissa għal żero huwa xieraq li l-livell tal-penali ma jiġix iffissat. |
(9) |
L-Artikolu 204(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-Regolament għandu japplika għall-ħalib u għas-setturi tal-prodotti tal-ħalib, ħlief id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II mill-1 ta' Lulju 2008. Huwa jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2204/90 minn dik id-data. Għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008. |
(10) |
Sabiex l-industrija titħalla tadatta ruħha għall-perċentwal massimu ġdid li jrid jiġi inkorporat kif ukoll l-estensjoni tagħha għal ġobon ieħor, għandha tiġi pprovduta deroga għal perjodu ta' sitt xhur. |
(11) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehemtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru1234/2007 għandhom jingħataw għal perjodu ta' 12-il xahar fuq talba tal-impriżi konċernati, suġġetti għal impenn minn qabel bil-miktub li jaċċettaw u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
2. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu b’numru tas-serje għal kull impriża jew, fejn jeħtieġ, għal kull unità ta’ produzzjoni.
3. L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jkopru tip wieħed jew aktar ta’ ġobon, skond l-applikazzjoni magħmula mill-impriża konċernata.
Artikolu 2
1. Il-perċentwal massimu msemmi fil-punt (i)(i) tal-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li għandu jkun inkorporat fil-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 huwa 10 %. Dan għandu japplika għall-piż tal-ġobon prodott mill-impriża jew mill-unità ta' produzzjoni konċernata waqt perjodu ta’ sitt xhur.
Il-ġobon bil-kaseina jew bil-kaseinati miżjuda ma għandux jeċċedi l-proporzjon tal-proteini tax-xorrox u tal-kaseina fil-ħalib u għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' manifattura fuq l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2008, il-perċentwal massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu għandu jkun 5 % għal:
(a) |
ġobon ipproċessat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0406 30: |
(b) |
Ġobon ipproċessat maħkuk kopert mill-kodiċi NM ex 0406 20, manifatturat bi proċess kontinwu, mingħajr iż-żieda ta' ġobon diġà manifatturat u pproċessat. |
(c) |
Ġobon ipproċessat f'għamla ta' trab kopert mill-kodiċi NM ex 0406 20, manifatturat bi proċess kontinwu, mingħajr iż-żieda ta' ġobon diġà manifatturat u pproċessat. |
Artikolu 3
1. L-impriżi għandhom:
(a) |
Jiddikkjaraw lill-awtorità kompetenti l-kwantitajiet u t-tipi ta’ ġobon manifatturat u l-kwantitajiet ta’ kaseina u kaseinati inkorporati fil-prodotti varji; |
(b) |
Iżommu l-kontijiet ta' stokk li jippermettu l-verifikazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' ġobon manifatturat, il-kwantitajiet ta' kaseina u tal-kaseinati mixtrija u/jew manifatturati u d-destinazzjoni u/jew l-użu tagħhom. |
2. Il-kontijiet ta’ ħażna msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-materjal mhux maħdum użat fil-manifattura tal-ġobon. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li jittieħdu kampjuni biex jiċċekkjaw din l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-informazzjoni miġbura minn impriżi titqies bħala kunfidenzjali.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament permezz ta' verifika amministrattiva u fiżika l-iktar permezz ta’:
(a) |
kontrolli speċifiċi spissi u mingħajr preavviż, sabiex isiru kontroeżamijiet ital-kontijiet tal-istokk minn naħa u tad-dokumenti kummerċjali u tal-istokkijiet xierqa li huma effettivament miżmuma, min-naħa l-oħra; Kontrolli bħal dawn għandhom jirrelataw għal numru rappreżentattiv tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a); |
(b) |
Kontrolli aleatorji tal-impriżi li jimmanifatturaw il-ġobon u li ma ngħatawx awtorizzazzjoni. |
2. Hekk kif tirċievi l-awtorizzazzjoni kull impriża għandha tiġi ċċekkjata tal-inqas darba fis-sena.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri fuq
(a) |
l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija u/jew revokati, |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ kaseina u kaseinati ddikjarati fir-rigward ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet, u l-kwantità ta' ġobon prodott. |
(c) |
Il-każijiet fejn il-kaseina u/jew il-kaseinati ġew użati jew mingħajr awtorizzazzjoni jew bil-persentaġġi stipulati li ma jaqblux mal-kwantitajiet mhux awtorizzati tal-kaseina u tal-kaseinati wżati. |
Artikolu 6
1. Il-kaseina u l-kaseinati wżati mingħajr awtorizzazzjoni għandhom jiġu soġġetti għall-penalità bla preġudizzju għall-penalitajiet stipulati mill-Istati Membri konċernati. Dik il-penalità għandha tiġi ddeterminata meta l-livell ta' għajnuna skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġi emendat.
2. Is-somom miġbura skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala introjtu assenjat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5) u għandhom jiġu dikkjarati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 7
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 huwa rrevokat.
Madankollu, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1547/2006 għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.
2. Referenzi għar-Regolament irrevokat u għall-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Madankollu, l-Artikolu 2(1) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 201, 31.7.1990, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2583/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 6).
(3) ĠU L 286, 17.10.2006, p. 8.
(4) L-istandard ġenerali għall-ġobon fil-Codex Alimentarius (CODEX STAN A-6, emendat fl-2006).
(5) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
ANNESS
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2204/90 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikolu 3(1)(a) u (b) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(1)(ċ) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 5(ċ) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 4(2) |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5(a) u (b) |
Artikolu 6 |
|
— |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
— |