EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32008R0538

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 538/2008 tad- 29 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

ĠU L 157, 17.6.2008, S. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 16/06/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0833

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/538/oj

17.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 538/2008

tad-29 ta’ Mejju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta’ l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 jimplimenta ċerti miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ’il quddiem imsejħa “in-NAFO”).

(2)

Matul id-disgħa u għoxrin laqgħa Annwali tagħha li saret f’Settembru 2007, in-NAFO adottat għadd ta’ emendi għall-miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar tagħha. Dawk l-emendi jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet dwar id-daqs tal-malji, it-trasbord, iż-żoni magħluqa biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-korall, ir-rapporti dwar il-qabdiet, id-definizzjoni ta’ infrazzjonijiet serji tar-regoli, il-kodiċijiet tal-prodotti, il-format ta’ l-ispezzjonijiet fil-port kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi għas-slielem ta’ l-imbark.

(3)

Barra minn hekk, instabu żbalji fir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 li jeħtieġ li jiġu korretti: hemm numru ta’ żbalji fir-referenzi reċiproċi u ċerti elementi huma nieqsa fil-punt 3 ta’ l-Anness VII.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1386/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3:

“(20)

‘Trasbord’ tfisser it-trasferiment, mill-ġenb tal-bastiment, ta’ kwalunkwe kwantità ta’ riżorsi tas-sajd jew prodotti minnhom miżmuma abbord, minn bastiment tas-sajd għal ieħor.”

(2)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 7:

“4.   Il-bastimenti li jistadu għar-redfish fid-Diviżjoni 3O li jużaw xbieki ta’ tkarkir ta’ nofs fond għandhom jużaw xbieki b’daqs minimu tal-malji ta’ 90 mm.”

(3)

L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Żoni ristretti tas-sajd

1.   Attivitajiet ta’ sajd li jinvolvu rkaptu għas-sajd tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni li ġejjin:

Żona

Koordinat 1

Koordinat 2

Koordinat 3

Koordinat 4

Orphan Knoll

50.00.30 N

45.00.30 W

51.00.30 N

45.00.30 W

51.00.30 N

47.00.30 W

50.00.30 N

45.00.30 W

Corner Seamounts

35.00.00 N

48.00.00 W

36.00.00 N

48.00.00 W

36.00.00 N

52.00.00 W

35.00.00 N

52.00.00 W

Newfoundland Seamounts

43.29.00 N

43.20.00 W

44.00.00 N

43.20.00 W

44.00.00 N

46.40.00 W

43.29.00 N

46.40.00 W

New England Seamounts

35.00.00 N

57.00.00 W

39.00.00 N

57.00.00 W

39.00.00 N

64.00.00 W

35.00.00 N

64.00.00 W

2.   Fid-Diviżjoni 3O, iż-żona li ġejja għandha tkun magħluqa għall-attivitajiet tas-sajd kollha li jinvolvu l-irkaptu li jidħol f’kuntatt mal-qiegħ. Iż-żona magħluqa hija definita billi jingħaqdu l-koordinati li ġejjin (f’ordni numerika u lura għall-koordinat 1):

Punt Nru

Latitudni

Lonġitudni

1

42°53′00″N

51°00′00″W

2

42°52′04″N

51°31′44″W

3

43°24′13″N

51°58′12″W

4

43°24′20″N

51°58′18″W

5

43°39′38″N

52°13′10″W

6

43°40′59″N

52°27′52″W

7

43°56′19″N

52°39′48″W

8

44°04′53″N

52°58′12″W

9

44°18′38″N

53°06′00″W

10

44°18′36″N

53°24′07″W

11

44°49′59″N

54°30′00″W

12

44°29′55″N

54°30′00″W

13

43°26′59″N

52°55′59″W

14

42°48′00″N

51°41′06″W

15

42°33′02″N

51°00′00″W”

(4)

Fl-Artikolu 19, il-punt 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-korrettezza tal-pjanijiet tal-kapaċità għall-bastimenti kollha li huma awtorizzati biex jistadu skond l-Artikolu 14. Il-kaptan għandu jiżgura li kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni tibqa’ abbord biex tintwera lill-ispettur malli tintalab.”;

(5)

Il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 21(2):

“(f)

qabda qabel id-dħul u l-ħruġ mid-Diviżjoni 3L. Dawn ir-rapporti għandhom isiru minn bastimenti li jistadu għall-gambli fid-Diviżjoni 3L u għandhom jintbagħtu siegħa qabel ma jaqsmu l-konfini ta’ dik id-Divżjoni. Ir-rapport għandu jindika l-qabdiet imtella’ abbord minn meta jkun intbagħat ir-rapport tal-qabda preċedenti, skond id-Diviżjoni u skond l-ispeċi (kodiċi 3 alpha) f’kilogrammi, aġġustati għall-eqreb 100 kg.”;

(6)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-kaptan tal-bastiment osservat jista’, fuq it-talba tiegħu stess, ikun ipprovdut b’kopja tar-rapport ta’ l-osservatur li jissemma fl-Artikolu 28(1).”;

(7)

Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jirċievu r-rapport ta’ l-osservatur skond l-Artikolu 28 għandhom jevalwaw il-kontenuti u l-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport.”;

(8)

L-Artikolu 47 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jipprovdi sellum ta’ l-imbarkar li jkun mibni u użat kif deskritt fil-miżuri ta’ konservazzjoni u infurzar tan-NAFO;”;

(b)

il-punt li ġej għandu jiġi inserit:

“(b)

jekk jiġi pprovdut apparat mekkaniku għall-irfigħ, jiġi żgurat li l-irkaptu anċillari jkun ta’ tip approvat mill-amministrazzjoni nazzjonali. Għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jiġi żgurat li l-ispettur jista’ jittella’ u jitniżżel b’mod sikur, u jkollu aċċess sikur mill-apparat għall-irfigħ għal fuq il-gverta u viċi versa. Sellum għall-imbark li jikkonforma ma’ punt (b) għandu jinżamm fuq il-gverta maġenb l-apparat għall-irfigħ u jkun disponibbli għall-użu immedjat;”;

(9)

L-Anness II għandu jiġi emendat f’konformità ma’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(10)

L-Anness VII għandu jiġi emendat f’konformità ma’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(11)

L-Anness XII għandu jiġi emendat f’konformità ma’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(12)

L-Anness XIII għandu jitħassar.

(13)

L-Anness XIV(b) għandu jiġi emendat f’konformità ma’ l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 318, 5.12.2007, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

Il-lista li ġejja hija lista ta’ l-istokkijiet li jeħtieġ tiġi rappurtata skond l-Artikolu 22.

ANG/N3NO

Lophius americanus

Petriċa Amerikana

CAA/N3LMN

Anarhichas lupus

Budakkra kbira ta’ l-Atlantiku

CAP/N3LM

Mallotus villosus

Capelin

CAT/N3LMN

Anarhichas spp.

Catfishes (Wolffishes) nei

HAD/N3LNO

Melanogrammus aeglefinus

Haddock

HAL/N23KL

Hippoglossus hippoglossus

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku

HAL/N3M

Hippoglossus hippoglossus

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku

HAL/N3NO

Hippoglossus hippoglossus

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku

HER/N3L

Clupea harengus

Aringi

HKR/N2J3KL

Urophycis chuss

Marlozz aħmar

HKR/N3MNO

Urophycis chuss

Marlozz aħmar

HKS/N3LMNO

Merlucius bilinearis

Marlozz (Silver hake)

RNG/N23

Coryphaenoides rupestris

Roundnose grenadier

HKW/N2J3KL

Urophycis tenuis

Marlozz abjad

POK/N3O

Pollachius virens

Pollakkju (Saithe)

PRA/N3M

Pandalus borealis

Gambli tat-Tramuntana

RHG/N23

Macrourus berglax

Roughhead grenadier

SKA/N2J3K

Raja spp.

Rebekkini

SKA/N3M

Raja spp.

Rebekkini

SQI/N56

Illex illecebrosus

Klamar tal-pinen qosra

VFF/N3LMN

Ħut mhux magħżul, mhux identifikat

WIT/N3M

Glyptocephalus cynoglossus

Witch flounder

YEL/N3M

Limanda ferruginea

Barbun tad-denb isfar”


ANNESS II

Il-Punt 3 ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1386/2007 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Rapportar tal-qabdiet

Element ta’ Data

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

O

Dettall tal-messaġġ; destinazzjoni, “XNW” għal NAFO

Minn

FR

O

Isem tal-Parti li qiegħda tittrasmetti

Numru ta’ sekwenza

SQ

O

Dettall tal-messaġġ; in-numru tas-serje tal-messaġġ fis-sena korrenti

Tip ta’ Messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “CAT” għaliex rapport tal-Qabda

Sinjal ta’ sejħa bir-Radju

RC

O

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; is-sinjal ta’ sejħa internazzjonali bir-radju tal-bastiment

Numru tal-Vjaġġ

TN

F

Dettall ta’ l-attività; in-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd fis-sena korrenti

Isem il-Bastiment

NA

F

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; isem il-bastiment

Il-Parti Kontraenti

Numru ta’ Referenza

Interna

IR

F

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment ta’ Parti Kontraenti bħala kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit minn numru

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Bastiment

XR

F

Dettall tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment.

Żona Rilevanti

RA

O

Id-Diviżjoni tan-NAFO li fiha jkun ser jidħol il-bastiment

Latitudni

LA

O (1)

Dettall ta’ l-attività; il-pożizzjoni fil-ħin tat-trasmissjoni

Lonġitudni

LO

O (1)

Dettall ta’ l-attività; il-pożizzjoni fil-ħin tat-trasmissjoni

Qabdiet

CA

 

Dettall ta’ l-attività; qabda kumulattiva skond l-ispeċi miżmuma abbord, jew mill-bidu tas-sajd fiż-ŻR (Żona Ristretta) jew mill-aħħar rapport tal-“Qabda”, f’koppji kif meħtieġ.

Speċji

O

Il-kodiċi FAO ta’ l-ispeċi

Piż ħaj

O

Piż ħaj f’kilogrammi, aġġustat gћall-eqreb 100 kilogramma

Jiem mistada

DF

O

Dettall ta’ l-attività; in-numru ta’ jiem mistada fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO mill-bidu tas-sajd jew mill-aħħar rapport tal-“Qabda”

Data

DA

O

Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trasmissjoni

Ħin

TI

O

Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trasmissjoni

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni


(1)  Fakultattiv jekk bastiment huwa suġġett għas-sistema ta’ sorveljanza bis-satellita.”


ANNESS III

“ANNESS XII

Rapport ta’ spezzjoni fil-port

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

“ANNESS XIV (b)

Kodiċi dwar il-forma tal-prodott (Product Form Codes)

Kodiċi

Il-forma tal-prodott

A

Sħiħ – Iffriżat

B

Sħiħ – Iffriżat (Imsajjar)

C

Imnaddaf Bir-ras – Iffriżat

D

Imnaddaf Bla ras – Iffriżat

E

Imnaddaf Bla ras – Ittrimjat – Iffriżat

F

Fillets Imqaxxra – bl-Għadma – Iffriżati

G

Fillets imqaxxra – mingħajr Għadma – Iffriżati

H

Fillets Bil-Ġilda – bl-Għadma – Iffriżati

I

Fillets Bil-Ġilda – mingħajr Għadma – Iffriżati

J

Ħut Immellaħ

K

Ħut fis-Salmura

L

Prodotti fil-Laned

M

Żejt

N

Tħin ta’ Ħut Sħiħ

O

Tħin ta’ Ġewwieni

P

Oħrajn (Speċifika)”


nach oben